News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
-
16 ta' Frar 2023
Skont l‑aħħar tbassir tal‑Bank, it‑tkabbir tal‑prodott domestiku gross (PDG) ta’ Malta mistenni li jimmodera b’mod sinifikanti minn 6.8% fl‑2022 għal 3.7% fl‑2023, u li jbatti ftit aktar għal 3.6% u 3.5% fl‑2024 u fl‑2025, rispettivament. Meta mqabbel mat-tbassir preċedenti, l-aħħar tbassir tal-Bank għall-PDG nominali b’mod ġenerali ma jinbidilx, hekk kif reviżjonijiet ’il fuq fl-investiment privat u l-esportazzjoni ġew imtaffija minn reviżjoni ’l fuq fl-importazzjoni.
-
09 ta' Frar 2023
“Fid-dinja tal-lum, ikun tajjeb li wieħed jifhem aħjar l-effetti ekonomiċi u finanzjarji li jinfluwenzaw il-ħajja tal-persuna.” Dan intqal mill‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, meta indirizza grupp ta’ lekċerers mill‑Institute of Business Management & Commerce tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) f’Binja Laparelli nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Frar 2023.
-
09 ta' Frar 2023
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l-ewwel ħarġa tar-Rivista tiegħu ta’ kull tliet xhur għas-sena 2023. Din l-edizzjoni tanalizza fid-dettall l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f’Malta u barra minn Malta matul it-tielet kwart tal-2022.
-
03 ta' Frar 2023
L-inflazzjoni tfisser għoli tal-ħajja. Ir-rata tal-inflazzjoni hija b’kemm togħla l-ħajja. Rati tal-inflazzjoni għoljin jbeżżgħu ħafna nies bid-dħul fiss, speċjalment il-pensjonanti. Il-banek ċentrali huma stabbiliti fil-pajjiżi kollha bl-għan ewlieni li jiġġieldu l-inflazzjoni u jġibu lura l-istabbiltà fil-prezzijiet. Illum qegħdin inġarrbu rata tal-inflazzjoni għolja. Allura x’qegħdin jagħmlu l-banek ċentrali?
-
31 ta' Jannar 2023
Fit-28 ta’ Novembru 2022, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta implimenta s-sistema MAPS (Market Activities Processing System).