Payment Systems

Numru Internazzjonali tal-Kont Bankarju (IBAN)

L-IBAN hu standard definit għal numri tal-kontijiet bankarji li b’mod uniku jidentifikaw il-kont bankarju li klijent ikollu ma’ kull bank, ikun fejn ikun jinsab fid-dinja. L-IBANs jistgħu jiġu ġġenerati biss mill-banek għall-klijenti tagħhom. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu lokali u l-Bank Ċentrali ta’ Malta ilhom minn Jannar 2004 jistampaw l-IBAN u l-Kodiċi SWIFT tal-Identifikazzjoni tal-Bank (BIC) fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ rendikont għall-klijenti tagħhom.

L-IBAN Malti jikkonsisti minn 31 karattru alfanumeriku, kif ġej:

  • l-ewwel żewġ karattri alfanumeriċi jidentifikaw il-pajjiż fejn ikun miżmum il-kont, f’dan il-każ, Malta (MT);
  • iż-żewġ numri wara dan huma numri ta’ kontroll, li jivvalidaw l-IBAN komplut;
  • l-erba’ karattri li jmiss huma l-ewwel parti tal-kodiċi SWIFT tal-identifikazzjoni tal-bank li fih hu miżmum il-kont;
  • il-ħames numri wara dan huma s-sort code lokali tal-bank li fih hu miżmum il-kont;
  • it-18-il karattru li jifdal huma n-numru domestiku tal-kont, preċedut minn żerijiet meta dan ikun meħtieġ.

Eżempju ta’ IBAN Malti:

Kodiċi tal-Pajjiż Numri ta' Kontroll Kodiċi SWIFT Sort Code Numru tal-Kont Bankarju
MT 71 MALT 01100 0012345MTLCAST001S

In-numru ta’ kontroll jiġi kkalkulat kif spjegat  fid-dokument tal-EPC 

 Il-kodiċi li jivvalida l-IBAN  jgħin lill-banek u lill-klijenti tagħhom biex jikkontrollaw u jivvalidaw l-IBANs. Dan l-algoritmu elettroniku jista’ jintuża liberament mill-banek u jista’ jiġi inkorporat fis-sistemi tagħhom biex jiffaċilita l-validazzjoni tal-IBANs. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ma jassumi ebda responsabbiltà, espressa jew impliċita, fl-użu ta’ dan il-kodiċi.

It-tabella li ġejja tista’ tintuża għad-derivazzjoni tal-BIC mill-IBAN:

BIC Misjub fl-IBAN (4 Karattri) BIC Sħiħ (8+ Karattri)  Isem l-Istituzzjoni Finanzjarja
ABNG ABNGMTMT Access Bank Malta Limited
AGRK AGRKMTMT AgriBank plc.
AKBK AKBKMTMT Akbank T.A.S.
APAH APAHMTMT Alpha FX Europe Limited
AEUP AUEPMTMM ALT21 Europe Limited
ALUN ALUNMTM2 Alunafi Ltd
ANFV ANFVMTMM Andaria Financial Services Ltd.
APSB APSBMTMT APS Bank Ltd.
BLLG BLLGMTMB Ballinger Group - Europe
BLLG BLLGMTMT Ballinger Markets Ltd
VALL VALLMTMT Bank of Valletta plc.
BNIF BNIFMTMT BNF Bank plc.
MALT MALTMTMT Central Bank of Malta
TGBP TGBPMTMT Convera Malta Financial Limited
FBHL FBHLMTMT Credit Europe Bank N.V.
CRXB CRXBMTMT Credorax Bank Ltd.
ECMB ECMBMTMT ECCM Bank plc.
EMON EMONMTM2 Emoney plc.
EMSY EMSYMTM1 EMP Systems Ltd.
FCMF FCMFMTMT FCM Bank Ltd.
FFSM FFSMMTM1 Fexserv Financial Services Ltd.
FIMB FIMBMTM3 Fimbank Plc.
PAUU PAUUMTM1 FINXP Ltd.
PYMX PYMXMTMTXXX Finance Incorporated Ltd.
PYMX PYMXMTMTMAL Finance Incorporated Ltd.
FNFI FNFIMTMM Finby Finance Limited
FIND FINDMTMT Finductive Ltd.
MMEB MMEBMTMT HSBC Bank Malta plc.
IIGB IIGBMTMT IIG Bank Ltd.
ICDR ICDRMTMT Insignia Cards Ltd.
IZOL IZOLMTMT Izola Bank Ltd.
LIKP LIKPMTM2 Living Sky Pay Limited
LBMA LBMAMTMT Lombard Bank Malta plc.
MBWM MBWMMTMT MeDirect Bank (Malta) plc.
MLLK MLLKMTM2 Mellifera Kartiera Limited
MLLK MLLKMTMT Mellifera Kartiera Limited
MFCB MFCBMTMS Merkanti Bank Limited
CCUH CCUHMTMT Moneybase Ltd.
CCUH CCUHMTMTMBB Moneybase Ltd.
MBLI MBLIMTM2 Money Blink Ltd.
MCPI MCPIMTM1 MoneyPlus Card Payment Institution Ltd.
MTCC MTCCMTMT MTACC Ltd.
FEMA FEMAMTMT Multitude Bank p.l.c.
FEMA FEMAMTMA Multitude Bank p.l.c.
FNNB FNNBMTMT NBG Bank Malta Ltd.
VOCB VOCBMTMT Novum Bank Ltd.
CFTE CFTEMTM1 OpenPayd Financial Services Malta Ltd.
OFSM OFSMMTMT OpenPayd Financial Services Malta Ltd.
PAPY PAPYMTMT Papaya Ltd.
PELD PELDMTM2 Paydo EU Ltd.
PFFS PFFSMTMT PayFuture FS MT Ltd.
PHPY PHPYMTM1 Phoenix Payments Ltd.
PELE PELEMTM2 PH EMI Ltd Malta
SBMT SBMTMTMT Sparkasse Bank Malta plc.
SYPL SYPLMTM2XXX System Pay Services (Malta) Limited
TPML TPMLMTMT Transact Payments Malta Ltd.
TRPE TRPEMTM1 Truevo Payments Ltd.
TRPE TRPEMTMT Truevo Payments Ltd.
TRUM TRUMMTM2 Trumia Limited
TRUM TRUMMTM3 Trumia Limited
APAY APAYMTMT Trust Payments (Malta) Ltd.
TGBA TGBAMTMT Turkiye Garanti Bankasi AS
UNOG UNOGMTM1 UnionGoldenPay Ltd.
VPAY VPAYMTM2 Viva Payment Services S.A.
COPX COPXMTMT W and J Coppini and Co.
XAMA XAMAMTM2 XACE Malta Limited
YAPI YAPIMTMT Yapi Kredi Bank Malta Ltd.

Tabella dwar id-derivazzjoni tal-BIC mill-IBAN
(28kb - Last updated Monday, May 4, 2026 10:26)

Lista tal-BICs u sort codes tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Maltin
(39kb - Last updated Monday, May 4, 2026 10:26)