Ġbir ta’ Data dwar Pagamenti
Il‑Bank jiġbor u janalizza data ta' statistika differenti fir‑rigward ta' pagamenti magħmula minn strumenti u sistemi differenti ta' pagament. Dan il-ġbir u din l-analiżi huma kruċjali biex nifhmu aħjar ix-xejriet tal-pagamenti matul is-snin sabiex jiġu introdotti u implimentati politiki xierqa. Dan li ġej jipprovdi deskrizzjoni qasira tal-ġbir u l-analiżi kollha tal-istatistika mwettqa.
Ġbir ta' data ta' statistika
- Cash Remittances Survey
- Quarterly Card Fraud Data
- Monthly Merchants Data
- Payments data by foreign institutions: Id-data tinġabar minn istituzzjonijiet liċenzjati barra mill-pajjiż u li jipprovdu servizzi f'Malta permezz ta' drittijiet ta' passaportar.
- MaltaClear: Id‑data hija pprovduta mill‑Borża ta' Malta u tista' titniżżel mill‑Bank permezz tas‑sistema tat‑Trasferiment tal-Fajls (FT).
- TARGET2-Malta: Il-volumi u l-valuri ta' kull xahar ta' tranżazzjonijiet ipproċessati permezz tat-TARGET2-Malta huma analizzati fuq bażi semiannwali.
Il‑Bank janalizza u jipproduċi rapporti regolari dwar id‑data ta' pagamenti sabiex jiġbor ix‑xejriet fil-pajsaġġ tal‑pagamenti.