Library

Il-Librerija

Login      Register

Library Search

ĊENTRU GĦAR-RIĊERKA TIEGĦEK

Il‑ħinijiet tal‑ftuħ huma mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa, esklużi l-festi pubbliċi, bejn id-9:00 u t-15:00 (ħin tax-xitwa) u bejn it-8:00 u s-14:00 (ħin tas-sajf).

Il-Librerija tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għandha waħda mill-iktar kollezzjonijiet prestiġjużi tal-libreriji f’Malta f’dak li għandu x’jaqsam mal-attività bankarja, il-finanzi u l-ekonomija, bil-għan li ssir iċ-ċentru prinċipali tal-gżira għad-dibattitu u r-riċerka f’dawn l-oqsma.

L-uniċità u l-kobor tal-kollezzjoni tagħha - b’titli li jmorru lura għall-1925 - jagħmluha laboratorju imprezzabbli għar-riċerkaturi akkademiċi:

Riċerkaturi għandhom aċċess għal:

  • aktar minn 12,000 ktieb
  • ġurnali akkademiċi
  • materjal ta’ referenza
  • pubblikazzjonijiet tal-Bank Ċentrali ta’ Malta
  • pubblikazzjonijiet tal-gvern ta’ Malta
  • CD-ROM databases
  • gazzetti lokali u diversi gazzetti elettroniċi

Kull xahar tiġi ppubblikata lista tal-akkwisti ġodda sabiex tgħinek timmarka titli ġodda li jistgħu jkunu ta’ interess, u l-utenti tagħna huma wkoll mistiedna sabiex jiġbdulna l-attenzjoni dwar titli li jistgħu jkunu nqabżu.

Il-pjattaforma elettronika ġdida tal-Librerija toffri kapaċitajiet estensivi ta’ tiftix u tinkludi l-katalgu tal-librerija,  database elettroniku tal-ġurnali u kollezzjoni ta’ kotba elettroniċi. Ħafna pubblikazzjonijiet, fejn xieraq, ġew diġitalizzati u jistgħu jiġu aċċessati online mill-utenti rreġistrati.

Reġistrazzjoni hija bla ħlas u l-utenti normalment jistgħu jissellfu pubblikazzjonijiet għal massimu ta’ tliet ġimgħat, għalkemm materjal ta’ referenza ma jistax jinħareġ mil-Librerija.

L-utenti jistgħu jżuru wkoll il-Librerija f’Binja Laparelli, binja li tinsab in-naħa l-oħra tal-foss mill-bini prinċipali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta (aċċess minn Pjazza Tritoni jew minn Vjal Girolamo Cassar), fejn impjegati speċjalizzati tal-Librerija huma għad-dispożizzjoni tiegħek sabiex iwieġbu kwalunkwe mistoqsija u jassistu fl-użu tal-kollezzjoni elettronika, iwieġbu mistoqsijiet ta’ referenza u jgħinu lill-utenti biex isibu sorsi speċifiċi ta’ riċerka. 

Ikklikkja fuq Register sabiex tirreġistra. Malli r-reġistrazzjoni tiġi kkonfermata, tista’ tikklikkja fuq Login għall-aċċess tal-pjattaforma online.

Jista’ jsir kuntatt mal-Librerija tal-Bank Ċentrali ta’ Malta hawn jew bit-telefon fuq in-numru (+356) 2550 7507.

Logo tal-Librerija

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma:

1 ta' Settembru sal-15 ta' Ġunju

16 ta' Ġunju sal-31 ta' Awwissu

mit-8.30 a.m sat-3.30 p.m.

mit-8 a.m. sas-2 p.m.