Currency

Karti tal-Flus tal-Euro

Hemm seba' denominazzjonijiet tal‑karti tal‑flus tal‑euro: €5, €10, €20, €50, €100, €200 u €500. Kull denominazzjoni għandha daqs u kulur differenti. Dawn il‑karti tal‑flus huma valuta legali fiż‑żona tal‑euro kollha kemm hi. Is-sensiela Europa tinkludi sitt denominazzjonijiet: €5, €10, €20, €50, €100 u €200.

B'differenza mill‑muniti tal‑euro, il‑karti tal‑flus m'għandhomx naħa nazzjonali. Id‑disinji li hemm fuq il‑karti tal‑flus huma bbażati fuq it‑tema "Żminijiet u Stili tal‑Ewropa", u jirrappreżentaw stili arkitettoniċi minn perijodi differenti fl‑istorja Ewropea. Twieqi u bibien huma l‑karatteristiċi li jidhru fuq in‑naħa ta' quddiem tal‑karti tal‑flus, waqt li fuq in‑naħa ta' wara jidhru pontijiet. L‑elementi arkitettoniċi li hemm fuq il‑karti tal‑flus huma kollha illustrazzjonijiet stilizzati u ma jirrappreżentawx strutturi eżistenti.

L-Euro - Gwida Informattiva

Għidilna x’taħseb dwar il-karti tal-flus li tuża kuljum billi timla l-istħarriġ tal-BĊE ta' hawn taħt.

Stħarriġ tal-BĊE dwar il-kwalità tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni