- Home
-
- Ċaħda ta’ responsabbiltà u ħarsien tad-drittijiet tal‑awtur
Ċaħda ta’ responsabbiltà u ħarsien tad-drittijiet tal‑awtur
Is-sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali ta' Malta fiha firxa wiesgħa ta' informazzjoni dwar il‑funzjonijiet u l‑ħidma tal‑Bank, li tiġi aġġornata regolarment.
Minħabba n‑natura tal‑midja elettronika, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ma jagħtix garanzija li l‑informazzjoni li tidher fis-sit elettroniku hi komprensiva, sħiħa u preċiża. Barra minn hekk, il‑Bank ma jipprovdix garanzija, espliċita jew impliċita, fir‑rigward tal‑eżattezza, il‑puntwalità, il‑kompletezza, jew is‑siwi ta' kull informazzjoni, għal kwalunkwe għan, li tinsab fid‑dokumenti prodotti mill‑Bank Ċentrali ta' Malta.
Qabel ma wieħed jaġixxi fir‑rigward tal‑kontenuti tas-sit elettroniku, speċjalment meta jagħmel transazzjonijiet tan‑negozju, hu rakkomandat li jiċċekkja l‑informazzjoni li hemm fis-sit elettroniku. Il‑Bank Ċentrali ta' Malta mhuwiex responsabbli jew legalment obbligat fir‑rigward ta' konsegwenzi jew telf li jirriżultaw minn azzjonijiet meħuda abbażi tal‑kontenuti tas-sit elettroniku tal‑Bank.
Ħlief fejn hu dikjarat mod ieħor, il‑materjal, il‑grafika u l‑informazzjoni li jinsabu f'dan is-sit elettroniku, jappartjenu lill‑Bank Ċentrali ta' Malta. L‑utent għandu permess jagħmel użu mill‑paġni tas-sit elettroniku tal‑Bank, iżomm files, jiddistribwixxi u jirriproduċi paġni tal‑istess sit elettroniku. Madankollu, is‑sors għandu dejjem jiġi ddikjarat u l‑materjal m'għandux jiġi sottopost għal tibdil jew distorsjoni. Kull talba addizzjonali fir‑rigward ta' proposta għal kwalunkwe użu ieħor ta' informazzjoni meħuda mis-sit elettroniku għandha ssir lin-Knowledge Services Office hawnhekk.
Jekk tiġi stabbilita link minn sit tan‑negozju u/jew għal skopijiet promozzjonali, il‑Bank Ċentrali ta' Malta jinsisti li l‑link m'għandiex tinkludi informazzjoni oħra u għandha tkun l‑uniku element tal‑browser window.
Il‑Bank ma japprova u ma jaċċetta ebda responsabbiltà għall‑kontenut ta' siti elettroniċi li għalihom hi pprovduta link fis-sit elettroniku tiegħu.