News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
-
30 ta' Jannar 2023
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li f’Diċembru, it-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali kien f’livell kemxejn ogħla mill-medja storika stmata minn Jannar 2000.
-
27 ta' Jannar 2023
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta fakkar il-ħamsa u ħamsin anniversarju mit-twaqqif tiegħu b’kunċert f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi taħt il-patroċinju distint tal-President ta’ Malta George Vella.
-
26 ta' Jannar 2023
L-aħħar djalogu li sar bejn il-Bank Ċentrali ta’ Malta u kumpaniji mhux finanzjarji juri li fir‑raba’ kwart tal‑2022, il-proporzjon nett tan-negozji li rrappurtaw kundizzjonijiet aħjar tan‑negozju naqas meta mqabbel mat‑tielet kwart tas-sena. Fil-fatt, il-perċentwal nett tan-negozji li rrappurtaw titjib fl-attività matul it-tliet xhur ta’ qabel l-intervista naqas minn 54% fit-tielet kwart għal 27% fir-raba’ kwart. Matul dan il-kwart, 52% tan-negozji kkuntattjati rrappurtaw żieda fl-attività filwaqt li 24% rrappurtaw tnaqqis.
-
20 ta' Jannar 2023
Dr Sir Narcy Calamatta KM, veteran fl-oqsma tat-teatru u l-films, inħatar bħala Chairperson tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali ta’ Malta. Il-ħatra tiegħu ssegwi t-telfa tant għażiża ta’ Fr Marius Zerafa, li kien iċ-Chairperson Fundatur tal-Fond (preċedentement il-Fondazzjoni), f’Ottubru 2022.
-
19 ta' Jannar 2023
L-Erbgħa 18 ta’ Jannar 2023, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, kellu żjara ta’ korteżija mill-Assoċjazzjoni Maltija għall-Azzjonisti ż-Żgħar (MASS) irrappreżentata minn Mr Alfred Portelli, Mr Alfred Farrugia u Mr Tarcisio Barbara.