News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023

31/01/2023

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jsir parteċipant fil-komunità tas-Sistema ta’ Amministrazzjoni tal-Assi Finanzjarji għall-Banek Ċentrali (MAPS)

Fit-28 ta’ Novembru 2022, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta implimenta s-sistema MAPS (Market Activities Processing System).

MAPS hi s-Sistema ta’ Amministrazzjoni tal-Assi Finanzjarji għall-Banek Ċentrali żviluppata mill-Banque de France u l-Banco de España. Is-sistema tuża s-soluzzjoni bażi tas-software ta’ Adenza, li hu software ewlieni dinji fis-sistemi ta’ amministrazzjoni tal-assi finanzjarji. MAPS tintegra mal-pjattaformi ewlenin relatati man-negozju, li joffru proċess dirett li jvarja mill-funzjonijiet tal-front office għall-back-office, il-maniġġ tar-riskju, il-kontabbiltà u l-funzjonijiet ta’ rappurtar finanzjarju.

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jsir parteċipant fil-komunità tas-Sistema ta’ Amministrazzjoni tal-Assi Finanzjarji għall-Banek Ċentrali (MAPS)
Mix-xellug għal-lemin: Andrè Psaila, Alicja Podrazik, Kjada Dule, Charles Geoffroy, Elena Zafra, il-Gvernatur Edward Scicluna, id-Deputat Gvernatur Alexander Demarco, Vince Pace, Cristina Figaredo u Ismail Shpati.

(Ritratt: Melvin Bugeja)

Il-Banque de France u l-Banco de España bdew jużaw MAPS f’Novembru 2016, bil-Bank Ċentrali ta’ Ċipru jsir parteċipant fi Frar 2020 u l-Bank Ċentrali Nazzjonali Olandiż f’Ġunju 2022. Il‑parteċipazzjoni tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta mit‑28 ta’ Novembru 2022 kompliet twessa’ l‑komunità tal‑utenti tal-MAPS, u poġġiet lill-MAPS bħala soluzzjoni komuni għall‑maniġġ tat‑teżor fi ħdan il‑komunità tas‑Sistema Ewropea tal‑Banek Ċentrali (SEBĊ).

Aktar tagħrif dwar is-sistema MAPS għall-Banek Ċentrali tas-SEBĊ jinsab fil-filmat t'hawn taħt.

Lura lejn l-Arkivju