- Home
-
- Dwarna
-
- Kalendarji tal-Membri tal-Bank Ċentrali tal-Kunsill Governattiv u l-Bord Superviżorju tal-BĊE
Kalendarji tal-Membri tal-Bank Ċentrali tal-Kunsill Governattiv u l-Bord Superviżorju tal-BĊE
Skont Artikolu 8 tal‑Kodiċi ta’ Kondotta għall‑membri ta’ livell għoli tal‑Bank Ċentrali Ewropew, ippubblikat f’Marzu 2019, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jippubblika l‑kalendarji tal‑Gvernatur, bħala membru tal‑Kunsill Governattiv tal‑BĊE, u tar‑rappreżentant tiegħu fuq il‑Bord Superviżorju tal‑BĊE.
L-obbligu li jiġu ppubblikati dawn il-kalendarji huwa mmirat biex tiġi żgurata trasparenza massima tal‑membri ta’ livell għoli tal‑BĊE fl‑interazzjoni tagħhom ma’ partijiet terzi. Il‑kalendarji jinħarġu b’dewmien ta’ tliet xhur.
Il‑kalendarji jinkludu l‑laqgħat kollha ppjanati u organizzati, laqgħat istituzzjonali, lekċers, konferenzi u avvenimenti, kif ukoll impenji ma’ partijiet terzi (inkluża l‑media), ħlief fejn l‑iżvelar ta’ informazzjoni jista’ jdgħajjef il‑protezzjoni tal‑interess pubbliku kif rikonoxxut fil‑livelli tal‑UE u dawk nazzjonali.
Sabiex tiġi żgurata l‑kunfidenzjalità tad‑djalogu superviżorju, il‑laqgħat ma’ entitajiet sorveljati li jattendu għalihom Membri li jwettqu kompiti superviżorji speċifiċi ma jiżvelawx l‑isem tal‑entità msemmija jew is‑suġġett diskuss.