- Home
-
- Dikjarazzjoni dwar il‑Protezzjoni tal‑Privatezza tad‑Data
Dikjarazzjoni dwar il‑Protezzjoni tal‑Privatezza tad‑Data
Stqarrija dwar il-Privatezza
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta hu impenjat sabiex jipproteġi l-privatezza tal-utenti tiegħu. Il-Bank jipproċessa biss data personali għall-finijiet deskritti hawn taħt u ma jiżvelahiex għal finijiet ta’ promozzjoni.
Id-data personali kollha tiġi pproċessata skont il-leġiżlazzjoni lokali u tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u l-politika tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-IT.
Ċerti paġni tas-sit elettroniku li jipprovdu servizzi speċifiċi jistgħu jitolbu data personali. Fil-każijiet kollha, din id-data personali tiġi pproċessata biss għall-fini tat-twassil tas-servizz, skont il-leġiżlazzjoni lokali applikabbli u dik tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. Aktar informazzjoni dwar il-politika dwar il-protezzjoni tad-data tal-Bank tista’ tinkiseb minn https://www.centralbankmalta.org/mt/data-protection.
Min huwa responsabbli għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek?
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta huwa l-kontrollur tad-data f’termini tar-Regolament (UE) 2016/679 (ir-“Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data - GDPR”). L-Innovation, Technology and Knowledge Services Department huwa responsabbli għall-ipproċessar tad-data personali. Grupp żgħir ta’ impjegati mill-Bank Ċentrali ta’ Malta ser ikollu aċċess għad-data personali tiegħek u l-fornituri esterni jistgħu wkoll jipproċessaw data f’isem u taħt l-awtorità tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
X'informazzjoni jiġbor il-Bank Ċentrali ta' Malta permezz ta' dan is-sit elettroniku u għaliex jagħmel dan?
Cookies
Il-cookies huma biċċiet żgħar ta’ data mibgħuta minn server ta’ sit elettroniku lill-brawżer fuq il-kompjuter tiegħek. Il-brawżer jinforma lis-server meta tkun ser iżżur dak is-sit elettroniku. Il-cookies jgħinuna naħżnu l-preferenzi tal-utenti, insegwu x-xejriet fl-użu fuq bażi aggregata u ntejbu l-esperjenza tal-utenti.
Meta żżur www.centralbankmalta.org/mt/, kemm il-cookies essenzjali u kif ukoll dawk mhux essenzjali huma stabbiliti. Tista’ tagħżel li ma tagħmilx użu mill-cookies mhux essenzjali billi ssegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti fuq il-paġna tal-Cookie Declaration.
Cookies essenzjali
Dawn il-cookies jiżguraw li www.centralbankmalta.org/mt/ u l-karatteristiċi tas-sit jaħdmu tajjeb. Kwalunkwe proċessar ta’ data personali permezz ta’ cookies essenzjali għandu jsir skont l-Artikolu 6(1)(f) tal-GDPR u skont il-leġiżlazzjoni sussidjarja 586.01 dwar ir-Regolamenti dwar l-Ipproċessar ta’ Data Personali fis-Settur tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.
Cookies mhux essenzjali
Il-cookies mhux essenzjali jiġu stabbiliti meta żżur www.centralbankmalta.org/mt/ bil-kunsens tiegħek biss. Dawn iservu biex jipprovdu l-aqwa esperjenza lill-utenti, jipprovdulna għarfien dwar kif l-utenti jużaw is-sit elettroniku tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u jistgħu jintużaw ukoll għal skopijiet ta’ promozzjoni. L-ipproċessar tad-data personali permezz ta’ dawn il-cookies għandu jsir bil-kunsens tiegħek f’konformità mal-Artikolu 6(1)(a) tal-GDPR. Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi ssegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti fuq il-paġna tal-Cookie Declaration.