Fondi ta' Investiment
Din it-taqsima tinkludi l-istatistika tal-karta tal-bilanċ tal-fondi ta' investiment liċenzjati f'Malta. Il-fondi ta' investiment jiġbru flimkien il-kapital mill-investituri biex jakkwistaw portafolli diversifikati ta' assi, bħal ekwitajiet, bonds u proprjetà. Għalhekk, dawn jippermettu lill-investituri jsegwu tkabbir tal-kapital u jiddiversifikaw ir-riskju f'firxa ta' investimenti.
Il-kompilazzjoni ta' statistika bħal din issegwi prinċipalment in-normi fi ħdan ir-regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar l-istatistika dwar il-fondi ta' investiment, kif emendat. Dan ir-regolament għandu l-għan li jtejjeb it-trasparenza u l-konsistenza tar-rappurtar statistiku mill-fondi ta' investiment fiż-żona tal-euro. Għal informazzjoni dettaljata, inti ġentilment mitlub tirreferi għat-test sħiħ
tar-regolament.