News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
-
30 ta' Marzu 2023
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li fi Frar, it-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali baqa’ f’livell kemxejn ogħla mill-medja storika, stmata sa minn Jannar 2000.
-
28 ta' Marzu 2023
Waqt konferenza stampa li saret fil‑25 ta’ Marzu 2023 f’Marsaxlokk, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, flimkien mar‑Rettur tal-Università ta’ Malta, il‑Professur Alfred Vella, u Ms Rebekah Caruana, President tal‑Klabb tal-Qdif tal-Università ta’ Malta, nedew tmien dgħajjes ġodda tal-qdif għall-ewwel edizzjoni tal-ANZAC Day Beach Sprints Regatta.
-
27 ta' Marzu 2023
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta llum ippubblika l‑ewwel rapport tiegħu dwar divulgazzjonijiet finanzjarji relatati mal‑klima tal-portafolji tal-politika mhux monetarja (NMPPs) tiegħu, hekk kif denominati f’euro u f’munita barranija.
-
24 ta' Marzu 2023
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, indirizza l‑udjenza preżenti għall‑Konferenza ‘Women and Finance’ organizzata mill‑Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin (MBA) flimkien mal‑Kunsill Nazzjonali għan-Nisa (NCW), Malta. Il‑konferenza saret fil‑Bank Ċentrali ta' Malta fl‑24 ta' Marzu 2023 f’Binja Laparelli.
-
24 ta' Marzu 2023
Fil-21 ta’ Marzu 2023, il-Gvernatur Scicluna ta intervista lil David Barwick from Econostream Media.