Ekonomija

Indikaturi Ekonomiċi Interni

Wieħed mill-prodotti sekondarji tal-attivitajiet ta' riċerka tad-Diviżjoni għall-Ekonomija huwa l-komputazzjoni ta' għadd ta' indikaturi u databases interni. Dawn l-indikaturi huma prodotti mill-analisti u r-riċerkaturi tal-Bank biex jgħinu fl-analiżi tal-ekonomija Maltija. Bħala parti mill-isforzi tagħha ta' tixrid ta' riċerka ekonomika, id-Diviżjoni għall-Ekonomija tippubblika u perjodikament taġġorna numru minn dawn id-databases u indikaturi li mbagħad jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku biex jitniżżlu. Dawn l-indikaturi huma riżorsa siewja għar-riċerkaturi ekonomiċi, analisti u studenti tal-ekonomija li huma interessati li japprofondixxu l-għarfien tagħhom dwar l-ekonomija Maltija.

Indiċi rigward il-Kundizzjonijiet tan-Negozju
Indiċi tal-Inċertezza Politika Ekonomika
Database tal-PDG f'Ħin Reali
Database Annwali Storika