News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
-
07 ta' Marzu 2023
Il-Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, iltaqa’ ma’ 36 impjegat/a minn diversi dipartimenti tal‑Bank sabiex jifirħilhom għat-tlestija b’suċċess tal‑kwalifika akkademika riċenti tagħhom relatata mal‑ħidma tagħhom fil‑Bank. Din il-laqgħa tal-Gvernatur mal-impjegati saret fis-7 ta’ Marzu 2023 fil-Bank.
-
07 ta' Marzu 2023
Min iġemma’ jgħidlek li jippreferi rata ta’ interessi għolja, anke meta l-inflazzjoni teċċedi dik ir-rata, milli rata baxxa fi żmien meta jkun hemm ftit jew xejn inflazzjoni. Kif nispjegawh dan?
-
06 ta' Marzu 2023
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, żar il-Park tal-Majjistral fil-Mellieħa fis-6 ta’ Marzu 2023 sabiex iniedi l-inizjattiva tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ta’ tħawwil tas-siġar għal din is-sena.
-
03 ta' Marzu 2023
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali, il‑Professur Edward Scicluna pparteċipa b'mod virtwali fil‑laqgħa tal‑kostitwenza tal‑Bank Ewropew għar‑Rikostruzzjoni u l‑Iżvilupp (BERŻ) li tagħha Malta tifforma parti. Il-laqgħa saret f'Astana, il‑Każakistan, nhar il‑Ħamis 2 ta' Marzu 2023.
-
01 ta' Marzu 2023
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li f’Jannar, it-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali kien f’livell kemxejn ogħla mill-medja storika, stmata sa minn Jannar 2000.