- Home
-
- Flus
-
- Tisrif Finali tal-Lira Maltija
Tisrif Finali tal-Lira Maltija
Fl‑1 ta' Jannar 2008, l‑euro sar valuta legali f'Malta u ħa post il‑lira Maltija (MTL). Matul Jannar 2008, il-ħlasijiet fi flus kontanti setgħu jsiru f'euro jew fil-lira Maltija, iżda l-bqija lura kellha tingħata biss f'euro. Wara l-31 ta' Jannar 2008, kull lira Maltija setgħet tinbidel f'euro, mingħajr ħlas, fil-banek għal perjodu ta' tliet xhur li ntemm fil-31 ta' Marzu 2008. Wara dan il-perjodu, it-tisrif seta' jsir biss fil‑Bank Ċentrali ta' Malta. It‑tisrif tal‑muniti Maltin intemm fl-1 ta' Frar 2010, filwaqt li dak tal‑karti tal‑flus wasal fi tmiemu fil‑31 ta' Jannar 2018.
Sa mit‑twaqqif tiegħu, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ ħames sensiliet ta' karti tal‑flus tal‑lira Maltija:-
- L-Ewwel Sensiela fl-1968;
- It-Tieni Sensiela fl-1973;
- It-Tielet Sensiela fl-1979;
- Ir-Raba' Sensiela fl-1986;
- Il-Ħames Sensiela maħruġa fit-18 ta' Settembru 1989.
L-avviż ta' hawn taħt intuża biex jinforma lill-pubbliku dwar id-data ta' skadenza għal bdil tal-karti tal-flus tal-lira Maltija f'euro. Għal aktar tagħrif u statistika dwar dan is-suġġett, tista' taqra aktar hawn.