Rokna tal-Gvernatur

Il-Fehma tal-Gvernatur #2: Għaliex l-inflazzjoni tbeżżagħna?

L-inflazzjoni tfisser għoli tal-ħajja. Ir-rata tal-inflazzjoni hija b’kemm togħla l-ħajja. Rati tal-inflazzjoni għoljin jbeżżgħu ħafna nies bid-dħul fiss, speċjalment il-pensjonanti. Il-banek ċentrali huma stabbiliti fil-pajjiżi kollha bl-għan ewlieni li jiġġieldu l-inflazzjoni u jġibu lura l-istabbiltà fil-prezzijiet. Illum qegħdin inġarrbu rata tal-inflazzjoni għolja. Allura x’qegħdin jagħmlu l-banek ċentrali?