Ekonomija

Analiżi ekonomika u riċerka

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jissorvelja u janalizza l‑iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f'Malta u barra, b'appoġġ għall‑politika monetarja tal‑Eurosistema, u b'mod iżjed ġenerali, biex jipprovdi informazzjoni għat‑tfassil tal‑politika ekonomika.

L-Economic Analysis Department u l-Economic Research Department huma responsabbli għat‑tħejjija ta' rapporti, dokumenti dwar il‑politika ekonomika, u pubblikazzjonijiet dwar kwistjonijiet ekonomiċi. B'mod partikolari, dawn id‑Dipartimenti jipproduċi kummentarju dwar żviluppi ekonomiċi u finanzjarji reċenti f'Malta u barra, li jiġi ppubblikat fir‑Rivista ta' Kull Tliet Xhur u fir‑Rapport Annwali. Kull xahar, l-Economic Analysis Department iħejji wkoll Aġġornament Ekonomiku.

Barra dan, l-Economic Analysis Department u l-Economic Research Department janalizzaw l‑iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji fiż‑żona tal‑euro bi tħejjija għall‑parteċipazzjoni tal‑Gvernatur fil‑laqgħat tal‑Kunsill Governattiv u l‑Kunsill Ġenerali tal‑Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

Dawn id-Dipartimenti jħejju wkoll dokumenti dwar il‑politika ekonomika u stqarrijiet dwar kwistjonijiet ekonomiċi għall‑Gvernatur, id‑Deputati Gvernaturi, il‑Maniġers. L-impjegati tad-Dipartimenti jiltaqgħu b'mod regolari mal‑Uffiċċju Nazzjonali tal‑Istatistika u ma' gruppi fil‑qasam ekonomiku biex ikunu jistgħu jivvalutaw aħjar l‑iżviluppi bażiċi tal‑ekonomija. Ir-riżultati tad-diskussjonijiet ma' gruppi settorjali huma ppubblikati fil-Business Dialogue li joħroġ kull tliet xhur. Issir riċerka ekonomika aktar fil‑fond għall‑użu intern u bħala parti mill‑programmi ta' riċerka tas‑Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). Il-Bank jippubblika Research Bulletin annwali li jippreżenta parti minn din ir-riċerka.

Minbarra dan, l-Economic Analysis Department jagħmel tbassir makroekonomiku u fiskali, filwaqt li l-Economic Research Department hu responsabbli għall‑iżvilupp u ż‑żamma tal‑mudelli ekonometriċi tal‑Bank u strumenti oħra li jintużaw għat‑tbassir u l‑analiżi tas‑simulazzjonijiet, fejn issir stima tal‑impatt ta' skossi ekonomiċi fuq il‑fatturi makroekonomiċi varjabbli ewlenin.