Programm ta’ Internship għall-Istudenti tal-Ph.D.
Id‑Dipartiment għar-Riċerka tal‑Bank Ċentrali ta' Malta joffri Programm ta' Internship kull Frar, li jdum bejn tliet xhur sa sitt xhur, b'data ta' bidu flessibbli. Dan il-programm huwa mfassal għal studenti tal-Ph.D. li jkunu lestew l-eżamijiet tagħhom u li huma fl-istadji avvanzati tar-riċerka għad-dottorat.
Il‑Programm iservi għan doppju: il-kandidati magħżula ser jikkollaboraw mill‑qrib ma' impjegati f'karigi għoljin fi ħdan id‑Dipartiment għar‑Riċerka filwaqt li jiksbu esperjenza bil-prattika f'xogħol ta' riċerka u ħidma dwar il-politika tal‑Bank fi ħdan l‑istituzzjonijiet tas‑SEBĊ. Fl-istess waqt, dawn ser jikkontribwixxu għar-riċerka innovattiva u tekniki akkademiċi avvanzati, u b'hekk itejbu r-riżultati tad-Dipartiment.
Jekk jogħġbok innota li l-iskema ta' internship Ph.D. tal-Bank Ċentrali ta' Malta mhux ser tiġi offruta fl-2025. Aktar informazzjoni dwar l-edizzjoni tal-2026 tal-iskema ser tiġi ppubblikata fuq dan is-sit elettroniku fi żmien xieraq.