Payment Systems

Euro Diġitali

Id-diġitalizzazzjoni nfirxet f'kull aspett ta' ħajjitna u bidlet il-mod kif isiru l-pagamenti. F'din l-era l-ġdida, il-ħolqien tal-euro diġitali ser jiggarantixxi li r-residenti fiż-żona tal-euro jkunu jistgħu jkollhom aċċess għal mezzi ta' pagament sempliċi, siguri, affidabbli u aċċettati kullimkien. L-euro diġitali huwa forma oħra ta' flus tal-bank ċentrali, jixbah lill-flus kontanti, aċċessibbli għar-residenti u n-negozji kollha, iżda maħruġ fil-forma diġitali. L-euro diġitali mhux ser jieħu post il-flus kontanti, iżda jikkumplimentah billi jipprovdi mezz alternattiv ta' pagament, inklużi mezzi ta' pagament li ma jistgħux jintlaħqu bi flus kontanti, bħal fil-kummerċ elettroniku. Barra minn hekk, l-Eurosistema ser tibqa' tiżgura li r-residenti kollha jkollhom aċċess għall-flus kontanti tal-euro fiż-żona tal-euro kollha. Aktar tagħrif dwar il-kunċett tal-euro diġitali jinsab  hawn.

F'Ottubru 2020, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ippubblika  rapport dwar l-euro diġitali  fejn eżamina l-ħruġ ta' munita diġitali tal-bank ċentrali (CBDC). F'Lulju 2021, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li jniedi fażi ta' investigazzjoni tal-proġett tal-euro diġitali. F'Ottubru 2021 tnediet fażi ta' investigazzjoni ta' sentejn, li ġiet konkluża f'Ottubru 2023, bl-iskop li jiġu analizzati disinji u l-mudelli ta' distribuzzjoni differenti tal-euro diġitali, kif ukoll li jiġi kkunsidrat l-impatt li jista' jkollu euro diġitali fuq is-suq.

Wara l-konklużjoni tal-fażi ta' investigazzjoni f'Ottubru 2023, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li jkompli  bil-proġett tal-euro diġitali u beda l-fażi ta' tħejjija tal-euro diġitali fl-1 ta' Novembru 2023 li mistennija ddum sentejn. Il-fażi ta' tħejjija ser tinkludi l-finalizzazzjoni tal-ktieb tar-regoli dwar l-euro diġitali u ser tagħżel fornituri li jistgħu jiżviluppaw pjattaforma u infrastruttura għall-euro diġitali. Barra minn hekk, din il-fażi ser tinkorpora l-esperimentazzjoni u t-testijiet sabiex jiġi żviluppat euro diġitali li jissodisfa r-rekwiżiti u l-ħtiġijiet tal-utenti tal-Eurosistema.

F'Ġunju 2023, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ukoll  proposta leġiżlattiva dwar l-euro diġitali valuta legali tal-euro u tal-aċċettazzjoni ta' flus kontanti tal-euro. It-test leġiżlattiv propost jistabbilixxi qafas li jiffaċilita l-introduzzjoni possibbli tal-euro diġitali u b'hekk ikun jista' jintuża u jkun disponibbli b'mod wiesa' fiż-żona tal-euro kollha. Fl-24 ta’ Ġunju 2024, il-BĊE ppubblika l-ewwel  rapport ta’ progress  tiegħu dwar il-fażi ta’ tħejjija tal-euro diġitali. Sussegwentement, fit-2 ta' Diċembru 2024, il-BĊE ħareġ  it-tieni rapport ta' progress  dwar il-fażi ta' tħejjija għall-euro diġitali. Dawn ir-rapporti jispjegaw il-progress li sar fuq l-aspetti ewlenin tad-disinn tal-euro diġitali u jippreżentaw il-passi li jmiss għall-proġett. Huwa previst li r-rapport ta' progress li jmiss dwar il-fażi ta' tħejjija ser jiġi ppubblikat fit-tieni kwart tal-2025.

F'Novembru 2024, il‑Bank Ċentrali ta' Malta (il‑Bank) għamel stħarriġ fost il‑familji Maltin biex jevalwa l‑għarfien tagħhom dwar l‑euro diġitali propost u r‑rieda tagħhom li jadottawh.  Rapport  f'dan ir-rigward ġie ppubblikat fi Frar 2025 li jinkorpora r-riżultat ta' dan l-istħarriġ u huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Bank.

 Mistoqsijiet frekwenti (FAQs) dwar l-euro diġitali

  

Skopri Aktar

L-Euro Diġitali - Fejn wasalna? - Mr Emmanuel Cachia
Call for payment service providers to participate in digital euro pilot now open - ECB Press Release
Il-pilota tal-euro diġitali
The digital euro: Where do we stand today? - Dr Stephanie Gatt
Eurosystem moving to next phase of digital euro project - Stqarrija għall-Media

ECB presents findings from digital euro innovation platform and announces second round of experimentation - Stqarrija għall-Media

Preparing the future of payments and money: the role of research and innovation - Mr Piero Cipollone, Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Nagħtu s-setgħa lill-Ewropa: tisħiħ tal-awtonomija strateġika permezz tal-euro diġitali - Mr Piero Cipollone, Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Indikazzjoni tar-rieda tal-Maltin li jużaw l-euro diġitali - Mr Alexander Demarco, Aġent Gvernatur, Bank Ċentrali ta' Malta

Survey on awareness of the digital euro in Malta - Stħarriġ li sar f'Novembru 2024

Preżentazzjoni mogħtija waqt il-Forum dwar l-Istabbiltà Finanzjarja, Diċembru 2023 - The Digital Euro Project - Mr Alexander Demarco, Deputat Gvernatur għall-Politika Monetarja, Bank Ċentrali ta' Malta

Kwiżż tal-BĊE

Ipparteċipa fil-kwiżż tal-BĊE biex tittestja l-għarfien tiegħek dwar l-euro diġitali

Approaching the digital euro era