News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
-
19 ta' Jannar 2023
It-Tlieta 17 ta’ Jannar 2023, il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, kellu żjara ta’ korteżija mill‑Perit David Xuereb, bħala ċ-Chairperson il-ġdid tal‑Kunsill Malti għall‑Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) li nħatar fid‑9 ta’ Jannar 2023.
-
09 ta' Jannar 2023
It-tnedija ta’ blog ta’ filmati tal-Gvernatur huwa maħsub biex il-Bank jilħaq aktar lill-pubbliku, u jaqsam tagħrif dwar il-politika ekonomika, monetarja u fiskali attwali, u l-għanijiet tagħhom. L-opinjoni tal-Gvernatur hi bbażata fuq ix-xogħol kurrenti ta’ riċerka u rapporti tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali l-oħra fi ħdan l-Eurosistema.