Kontijiet Finanzjarji
L-istatistika tal-kontijiet finanzjarji tiġbor fil-qosor il-flussi finanzjarji/pożizzjonijiet pendenti fl-ekonomija u b'hekk tikkontribwixxi għall-kontijiet nazzjonali li min-naħa tagħhom jiffukaw ukoll fuq l-ekonomija reali. Fost affarijiet oħra, dawn juru jekk, kollox ma' kollox, ir-riżorsi finanzjarji ġewx adottati jew sarux disponibbli u f'liema forma (jiġifieri f'liema strumenti finanzjarji). Ir-riżultati huma ppreżentati permezz ta' karti tal-bilanċ għal kull settur istituzzjonali individwali tal-ekonomija u huma mqassma skont l-istrument finanzjarju.
Is-sett ta' data tal-Kontijiet Finanzjarji jkopri s-setturi istituzzjonali kollha tal-ekonomija residenti u s-settur tal-"bqija tad-dinja" maqsum skont l-istrument finanzjarju. Minbarra l-ammonti pendenti ta' assi u obbligazzjonijiet finanzjarji għas-setturi istituzzjonali ewlenin, din it-taqsima tinkludi wkoll data "from whom to whom". Id-data "from whom to whom" turi l-ammont ta' assi u obbligazzjonijiet finanzjarji li kull settur għandu mas-setturi l-oħra tal-ekonomija. Il-Kontijiet Finanzjarji Trimestrali huma kkompilati skont is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA 2010) u l-linji gwida relatati tal-Bank Ċentrali Ewropew.
| |
Statistika storika annwali tal-kontijiet finanzjarji mhux konsolidati tal-ekonomija Maltija (għall-perjodu 1995-2003)
|
|
Il-Bank Ċentrali ta' Malta ġabar din l-istatistika annwali tal-kontijiet finanzjarji (għall-perjodu 1995-2003) ibbażata fuq statistika u stimi uffiċjali fejn data bħal din ma kinitx faċilment disponibbli. F'dan ir-rigward, statistika bħal din għandha titqies bħala 'stima' u tiġi ttrattata b'attenzjoni. |
 |
Historical Financial Assets (38kb - Last updated Friday, June 21, 2019 12:55)
|
 |
Historical Liabilities (38kb - Last updated Friday, June 21, 2019 12:55)
|
 |
Historical non-consolidated financial assets and liabilities (from whom-to-whom) (224kb - Last updated Thursday, June 20, 2019 14:19) |
Interactive visual tool of Non-consolidated financial assets and liabilities (from whom-to-whom)
https://www.euro-area-statistics.org/