Akkwist
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jikseb il‑prodotti, is‑servizzi u x‑xogħlijiet kollha li jeħtieġ (kemm jekk mixtrija, akkwistati b'kuntratt ta' kera jew mikrija) permezz tal‑proċess tiegħu tal‑akkwist. Il‑Bank iħabrek sabiex jikseb valur xieraq għall‑flus u effiċjenza flimkien ma' kontabilità fix‑xiri tiegħu kollu. Din il‑politika tapplika għall‑attivitajiet kollha ta' akkwist fil-Bank sabiex jiġi żgurat li l‑prodotti u s‑servizzi jinkisbu b'mod ġust, konsistenti u trasparenti fi ħdan xenarju kompetittiv f'konformità ma' leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew tal-Unjoni Ewropea dwar l-akkwist pubbliku. L‑għan ġenerali tal‑Procurement Unit tal‑Bank hu li jikseb prodotti u servizzi ta' kwalità fi żmien xieraq u bl‑iżjed termini u kundizzjonijiet ekonomikament vantaġġjużi filwaqt li jżomm l‑ogħla standards etiċi.
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jippubblika d‑dettalji tal‑kompetizzjonijiet tiegħu għal sejħiet għall‑offerti fuq
is‑sit elettroniku nazzjonali e‑PPS
, li twaqqaf biex jassigura l‑aħjar prattika tal‑akkwist għall‑awtoritajiet pubbliċi kontraenti. Fost karatteristiċi oħrajn, dan il‑portal jipprovdi faċilitajiet għar‑reġistrazzjoni tal‑fornituri, in‑notifiki tas‑sejħiet għall‑offerti, il‑preparazzjoni u s‑sottomissjoni tad‑dokumentazzjoni tas-sejħa tal‑offerti, evalwazzjoni elettronika tal‑offerta u l‑għoti tal‑kuntratt.
Dettalji relatati ma' sejħiet għall-offerti maħruġa mill-Bank Ċentrali ta' Malta jinsabu
hawn
.
Tenders u Konsultazzjonijiet Preliminari tas-Suq Ġodda
Tender for 24x7 Hybrid Security Monitoring Service to the Central Bank of Malta - CBM 05/2026
Tender for the Supply and Delivery of Indoor Raised Flooring to the Central Bank of Malta - CBM 04/2026
Tender for the Provision of an Insurance Broking Service to the Central Bank of Malta - CBM 03/2026
Tender for the Provision of a Group Health Insurance Service to the Central Bank of Malta - CBM 02/2026
Tender for Mechanical and Electrical Works at the Central Bank of Malta Annexe - CBM 01/2026