Monetary Policy

Sistema b’Żewġ Livelli

Fit-30 ta' Ottubru 2019, ġiet introdotta s-sistema b'żewġ livelli għall-kumpens ta' riżerva li eżenta parti mill-assi ta' riżerva eċċessivi (soġġett għar-rekwiżit tar-riżervi minimi) mir-rata negattiva fuq il-faċilità ta' depożitu. Is-sistema b'żewġ livelli applikat għal likwidità eċċessiva miżmuma f'kontijiet kurrenti mal-Eurosistema iżda ma applikatx għal investimenti fuq il-faċilità ta' depożitu. L-ammont ta' assi ta' riżerva li jaqbeż ir-rekwiżit tar-riżervi minimi li huwa eżentat mir-rata fuq il-faċilità ta' depożitu (il-konċessjoni ta' eżenzjoni) kien iddeterminat bħala multiplu tar-rekwiżiti tar-riżervi minimi ta' istituzzjoni ta' kreditu. Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jistabbilixxi l-multiplier għall-kalkolu tal-konċessjoni għal sitta u r-rata ta' kumpens applikabbli għal zero fil-mija. L-assi ta' riżerva eċċessivi mhux eżentati jibqgħu jiġu kkunsidrati bir-rata ta' zero fil-mija jew bir-rata applikabbli fuq il-faċilità ta' depożitu, skont liema waħda tkun l-inqas.

Wara ż-żieda fir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità ta' depożitu 'l fuq minn zero b'effett mill-14 ta' Settembru 2022, is-sistema b'żewġ livelli għall-kumpens ta' riżervi f'eċċess ma għadhiex meħtieġa. Il-Kunsill Governattiv għalhekk iddeċieda li jissospendi s-sistema b'żewġ livelli billi jistabbilixxi l-multiplier għal zero.