Aċċessibilità
Il-Bank Ċentrali ta' Malta hu impenjat li jagħmel is-sit elettroniku tiegħu aċċessibbli skont il-prinċipji stabbiliti taħt ir-Regolamenti dwar l-Aċċessibbiltà tas-Siti Elettroniċi u tal-Applikazzjonijiet Mobbli tal-Korpi tas-Settur Pubbliku, 2019 (ir-"Regolament") bħala l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva relevanti tal-Unjoni Ewropea.
Din id-dikjarazzjoni ta' aċċessibbiltà tapplika għas-sit elettroniku uffiċjali tal-Bank Ċentrali ta' Malta www.centralbankmalta.org/mt.
Status ta' konformità
Dan is-sit elettroniku huwa fil-biċċa l-kbira konformi mal-Linji Gwida WCAG2.0.
Miżuri ta' aċċessibbiltà
Dan l-aħħar implimentajna l-bidliet li ġejjin sabiex inkunu konformi kemm jista' jkun mal-Linji Gwida msemmija hawn fuq.
- L-immaġni kollha għandhom titlu, alt tag u caption kull fejn din l-informazzjoni hija rilevanti u utli.
- Il-links jintgħarfu minn xulxin mit-testi tal-links.
- Il-kuntrast tal-kulur ġie mtejjeb.
- Links identifikati bil-kulur u sottolinjati.
- Deskrizzjoni inkluża għall-input fields kollha.
Kontenut mhux aċċessibbli
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta dan l‑aħħar aġġorna l‑aċċessibbiltà tas‑sit elettroniku biex ikun konformi mar‑Regolamenti rilevanti. M'aħniex konxji ta' kwalunkwe kontenut speċifiku li mhuwiex aċċessibbli. Madankollu, jekk issib kontenut bħal dan, ġentilment infurmana billi tibgħat email fl-indirizz ipprovdut hawn taħt.
Tħejjija għal din id-dikjarazzjoni ta' aċċessibilità
Din id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq ir-Regolamenti u kienet oriġinarjament ippubblikata fl-20 ta' Novembru 2020. L-aħħar reviżjoni ta' din id-dikjarazzjoni saret fit-18 ta' Ġunju 2021.
Informazzjoni rigward rispons u kuntatt
Aħna nistinkaw b'mod kostanti biex is-sit elettroniku jkun aċċessibbli kemm jista' jkun. Fil-każ li tiltaqa' ma' xi diffikultà, jekk jogħġbok infurmana:
- Tel: (+356) 2550 4501
- Formola Elettronika
- Indirizz postali: Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta, VLT 1060
Proċedura ta' infurzar
Il-qasam tal-komunikazzjoni f'Malta hu rregolat mill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni (MCA). Fil-każ ta' tweġibiet mhux sodisfaċenti għal kwalunkwe notifika jew talba mibgħuta lill-Bank skont ir-regolament nru 7 tar-Regolamenti, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-MCA fuq [email protected] jew ċempel fuq (+356) 21336840.