Midja
Din it-taqsima tinkludi stqarrijiet tal-aħbarijiet maħruġa mill-Bank, avvenimenti pubbliċi, midja soċjali, diskorsi tal-Gvernaturi, artikli u intervisti mal-midja. Dawn huma fost l-għodod użati biex jintlaħaq il-pubbliku b'mod effettiv, u biex nikkomunikaw mal-udjenzi tagħna.
Talbiet għal żjarat, intervisti, ritratti, filmati u attivitajiet oħra relatati mal-midja jistgħu jiġu riferuti lill-Uffiċjal responsabbli mill-Midja fuq (+356) 2550 6703 jew permezz tal-Formola tal-Kuntatt.
Membri tal‑midja li jżuru l‑Bank Ċentrali ta' Malta għandhom jippreżentaw il‑kard ta' aċċess/karta tal-identità tagħhom mal-wasla tagħhom fil-Bank. Min iżur il-Bank Ċentrali hu strettament ipprojbit milli jieħu ritratti jew filmati - bi kwalunkwe apparat - tal-bini tal-Bank jew tal-impjegati mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Uffiċjal Kap għall-Kontroll tas-Sigurtà.
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta saħħaħ l‑isforzi ta' komunikazzjoni tiegħu sabiex jilħaq komunità usa' u meqjusa mhux esperta billi jippubblika artikli f'gazzetti lokali u portals online. Intervisti mal-Gvernatur, fejn jaqsam il-ħsibijiet u l-perspettivi tiegħu dwar materji ta' importanza kemm lokali kif ukoll Ewropea, jidhru wkoll f'pubblikazzjonijiet ta' aġenziji tal-aħbarijiet lokali u internazzjonali. Barra minn hekk, id-diskorsi mogħtija mill-Gvernatur huma disponibbli għall-pubbliku.
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jorganizza diversi żjarat u avvenimenti pubbliċi li jinkludu konferenzi, seminars u preżentazzjonijiet. Il-Bank jipparteċipa wkoll f'diversi avvenimenti nazzjonali u oħrajn kulturali.
Il‑mezzi tal‑midja soċjali tal‑Bank jintużaw għat-tixrid tal-informazzjoni, kontenut u għad-djalogu ma' udjenzi minn oqsma differenti.
Mistoqsijiet jistgħu jsiru hawn.