News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
-
28 ta' April 2023
L-Indiċi tal-Kundizzjonijiet tan-Negozju tal-Bank jindika li f’Marzu, it-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali kien ogħla mill-medja kif stmata minn Jannar 2000.
-
27 ta' April 2023
L‑aħħar djalogu li sar bejn il‑Bank Ċentrali ta’ Malta u kumpaniji mhux finanzjarji juri li fl‑ewwel kwart tal‑2023, il-proporzjon nett tal‑kumpaniji li rrappurtaw kundizzjonijiet aħjar tan-negozju tjieb meta mqabbel mal-kwart ta’ qabel. Fil-fatt, il-perċentwal nett tan-negozji li rrappurtaw titjib fl-attività żdied minn 27% fil-kwart preċedenti għal 41% fl-ewwel kwart tal-2023. Dan minħabba li l-proporzjon tan-negozji li rrappurtaw titjib fil-kundizzjonijiet tan-negozju żdied għal 62%, filwaqt li l-proporzjon tan-negozji li rrappurtaw deterjorament naqas għal 21%.
-
20 ta' April 2023
Fl-20 ta’ April 2023, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika r‑Rapport Annwali tiegħu għall‑2022 waqt tnedija li saret fil-Bank Ċentrali ta’ Malta, Binja Laparelli, fil‑Belt Valletta. It‑tnedija kienet indirizzata mill‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, mid-Deputat Gvernatur għall‑Politika Monetarja Mr Alexander Demarco, mid-Deputat Gvernatur għall‑Istabbiltà Finanzjarja Mr Oliver Bonello, u miċ-Chief Economist Dr Aaron Grech.
-
19 ta' April 2023
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, attenda l‑Laqgħat tar‑Rebbiegħa tal‑2023 tal‑Bordijiet tal‑Gvernaturi tal‑Grupp tal‑Bank Dinji (WBG) u tal‑Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) li saru bejn l‑10 u l‑16 ta’ April 2023.
-
30 ta' Marzu 2023
F’dan il-Vlog jiġi diskuss it-taqlib bankarju fl-Istati Uniti u l-Iżvizzera. L-istabbiltà finanzjarja fl-Eurosistema, inkluża Malta, hija mqabbla u kkuntrastata mal-pajjiżi affettwati.