News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
-
23 ta' Marzu 2023
Il-Gvernatur Scicluna kien intervistat fuq #FinTalks, serje ta’ podcasts minn FinanceMalta.
-
20 ta' Marzu 2023
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jħabbar li d-Direttiva Nru 6: Harmonised Conditions for Opening and Operating Payments Module Accounts, T2S Dedicated Cash Accounts in Target2-Malta, and TIPS Dedicated Cash Accounts on TARGET2-Malta, kif ukoll id-Direttiva Nru 7: Provision of Intraday Credit and Auto-Collateralisation, ġew irrevokati fl-intier tagħhom permezz tal-Linja Gwida BĊE/2022/8 dwar is-sistema ta’ ġenerazzjoni ġdida Trans-European Automated Real-time Gross Express Transfer.
-
14 ta' Marzu 2023
Ministri, Gvernaturi tal-Banek Ċentrali u uffiċjali għolja mill-Albanija, il-Greċja, l-Italja, Malta, il-Portugall, San Marino u Timor-Leste ltaqgħu f’San Marino nhar il-Ġimgħa għal laqgħa tal-kostitwenza tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u tal-Grupp tal-Bank Dinji (WBG). Parteċipanti oħra fil-laqgħa kienu jinkludu d-Diretturi Eżekuttivi Federico Giammusso u Matteo Bugamelli, li jirrappreżentaw il-kostitwenza fl-FMI u l-WBG rispettivament.
-
08 ta' Marzu 2023
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna indirizza u ta preżentazzjoni lill-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja tal-Kamra tad-Deputati fis-7 ta’ Marzu 2023.
-
08 ta' Marzu 2023
F’Jum Internazzjonali tan-Nisa, il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali, il‑Professur Edward Scicluna, ospita laqgħa informali speċjali mal-impjegati nisa tal‑Bank.