Dwarna
Merħba fis‑sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali ta' Malta.
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta twaqqaf bl‑Att tal‑Bank Ċentrali ta' Malta fis‑17 ta' April 1968. Fl‑1 ta' Mejju 2004 l‑Bank issieħeb fis‑Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) u fl‑1 ta' Jannar 2008 sar parti mill‑Eurosistema.
L‑għan ewlieni tal‑Eurosistema u tal‑Bank Ċentrali ta' Malta hu li tinżamm l‑istabbiltà tal‑prezzijiet. Sabiex jilħaq dan il‑għan, il‑Bank Ċentrali ta' Malta jieħu sehem fit‑tħejjija u fit‑teħid tad‑deċiżjonijiet tal‑politika monetarja tal‑Eurosistema.
Minbarra l‑għanijiet li jżomm l‑istabbiltà tal‑prezzijiet, il‑Bank Ċentrali ta' Malta għandu responsabbiltajiet oħra kif indikati fil‑missjoni tal‑Bank.
Din is‑sezzjoni tinkludi wkoll l‑informazzjoni li ġejja:
- Il‑missjoni tal‑Bank Ċentrali ta' Malta
- L-irwol u l‑funzjonijiet ewlenin tal‑Bank
- L‑istruttura ta' tmexxija u l‑governanza tal‑Bank
- L-istorja fil-qosor tal-Bank, il-binjiet u l-logos tiegħu
- Il‑karti tal‑bilanċ ta' kull xahar tal‑Bank
- Opportunitajiet ta' karriera u ta' akkwist
- Litteriżmu finanzjarju
- Leġiżlazzjoni relevanti
- Pubblikazzjoni tal-kalendarji tal-Membri tal-Bank Ċentrali tal-Kunsill Governattiv u l-Bord Superviżorju tal-BĊE
- Il-kontribut tal-Bank lejn l-arti, il-kultura u l-wirt
- Il‑ħinijiet ta' ftuħ tal‑Bank
- Mistoqsijiet komuni