Kontijiet tal-Ġid Distribuzzjonali
Il-Kontijiet tal-Ġid Distribuzzjonali (DWA) huma statistika li tipprovdi evalwazzjoni tad-distribuzzjoni tal-ġid tal-unitajiet domestiċi u tqassim ulterjuri ta' tali ġid miżmum minn gruppi differenti ta' persuni, bħall-ifqar jew l-aktar partijiet sinjuri tal-popolazzjoni. Id-DWA jgħaqqdu żewġ settijiet ta' data differenti: (a) Kontijiet Settorjali Trimestrali (QSA) u (b) data mill-Istħarriġ dwar il-Finanzi u l-Konsum tal-Unitajiet Domestiċi (HFCS). L-istatistika tal-QSA tinkludi tranżazzjonijiet u pożizzjonijiet finanzjarji u t-tranżazzjonijiet mhux finanzjarji għas-setturi istituzzjonali ewlenin, inkluż is-settur tal-unitajiet domestiċi, filwaqt li l-HFCS jipprovdi informazzjoni dwar id-distribuzzjoni tal-ġid fost l-unitajiet domestiċi. Il-metodi u r-riżultati ġew żviluppati u kkompilati mill-Grupp ta' Esperti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali dwar il-Kontijiet Finanzjarji Distribuzzjonali (EG DFA).