News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022
-
23 ta' Diċembru 2022
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li f’Novembru, it-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali tela’ f’livell kemxejn ogħla mill-medja storika stmata minn Jannar 2000.
-
21 ta' Diċembru 2022
Iktar kmieni dan ix-xahar, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, kellu żjara ta’ korteżija minn delegazzjoni mill-Awtorità tas-Superviżjoni Finanzjarja (AFSA) tal-Albanija mmexxija mid-Direttur Eżekuttiv Ġenerali, Ervin Mete. Iż-żjara tad-delegazzjoni hija parti minn sensiela ta’ laqgħat li d-delegazzjoni tal-AFSA qed tagħmel f’Malta fuq stedina tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta.
-
20 ta' Diċembru 2022
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta, permezz tal-Kumitat għall-Attivitajiet Kulturali, ingħaqad ma’ organizzazzjonijiet u individwi oħrajn sabiex jiġbor fondi u titqajjem kuxjenza għal Pink October u Movember.
-
16 ta' Diċembru 2022
Skont l-aħħar tbassir tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-prodott domestiku gross (PDG) ta’ Malta mistenni li jikber b’6.8% din is-sena u bi 3.7% fl-2023, segwiti minn rati ta’ tkabbir ta’ 3.6% u 3.5% fl-2024 u fl-2025, rispettivament.
-
12 ta' Diċembru 2022
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta għadu kif ippubblika r-Rapport Interim dwar l-Istabbiltà Finanzjarja 2022, fejn jagħti ħarsa lejn l-iżviluppi fis-sistema finanzjarja domestika għall-ewwel sitt xhur tal-2022.