News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022
-
11 ta' Awwissu 2022
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, ippreżenta uffiċjalment l-erbatax-il edizzjoni tar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja għall-2021 lill-Ministru għall-Finanzi u l-Impjiegi, Clyde Caruana, fl-10 ta’ Awwissu 2022.
-
05 ta' Awwissu 2022
Fit-tieni kwart tal-2022 kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet tan-negozju. Dan wara li battew fiż-żewġ kwarti preċedenti. Fil-fatt, il-perċentwal nett tan-negozji li rrappurtaw titjib fl-attività matul it-tliet xhur ta’ qabel l-intervista żdied minn 31% fl-ewwel kwart tal-2022 għal 52% fit-tieni kwart. Matul dan il-kwart, 64% tan-negozji kkuntattjati rrappurtaw żieda fl-attività filwaqt li 13% rrappurtaw tnaqqis.
-
02 ta' Awwissu 2022
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika t-tielet ħarġa tar-Rivista tiegħu ta’ kull tliet xhur għas-sena 2022. Din l-edizzjoni tanalizza fid-dettall l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f’Malta u barra minn Malta matul l-ewwel kwart tal-2022.
-
01 ta' Awwissu 2022
Il-persuni Ukreni li telqu minn pajjiżhom u li jibbenefikaw minn protezzjoni temporanja skont il-liġi nazzjonali, skont id-Direttiva 2001/55/KE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382, għandhom ħtieġa urġenti li jikkonvertu l-flus biex ikopru l-ispejjeż essenzjali.
-
27 ta' Lulju 2022
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju għal Ġunju jindika li t-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali rritorna għall-medja storika stmata minn Jannar 2000.