News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022
-
08 ta' Novembru 2022
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika r-raba’ ħarġa tar-Rivista tiegħu ta’ kull tliet xhur għas-sena 2022. Din l-edizzjoni tanalizza fid-dettall l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f'Malta u barra minn Malta matul it-tieni kwart tal-2022.
-
04 ta' Novembru 2022
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, indirizza l‑Konferenza Annwali tal‑Banek Ċentrali Mediterranji li saret f'Istanbul it‑Turkija, fil‑31 ta’ Ottubru 2022.
-
28 ta' Ottubru 2022
Fit-tielet kwart tal-2022, il-kundizzjonijiet tan-negozju komplew jitjiebu. Fil-fatt, il-perċentwal nett tan-negozji li rrappurtaw titjib fl-attività matul it-tliet xhur ta’ qabel l-intervista żdied marġinalment minn 52% fit-tieni kwart għal 54% fit-tielet kwart. Matul dan il-kwart, 62% tan-negozji kkuntattjati rrappurtaw żieda fl-attività filwaqt li 8% rrappurtaw tnaqqis.
-
26 ta' Ottubru 2022
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju għal Settembru jindika li t-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali rritorna għall-medja storika stmata minn Jannar 2000.
-
24 ta' Ottubru 2022
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna għamel id-diskors f’għeluq tal-ħames Workshop ta’ Riċerka tal‑Grupp għall-Politika Makroprudenzjali (MPPG) tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ospitat mill‑Bank Ċentrali ta’ Malta fil‑21 ta’ Ottubru 2022.