News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022

  • 02 ta' Diċembru 2022

    Ħidma sfiqa għall-istabbiltà fil-prezzijiet u dik finanzjarja

    Il-Professur Edward Scicluna, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, indirizza lill-mistednin tal-ikla annwali tal-Istitut għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta.

  • 25 ta' Novembru 2022

    Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jippubblika l-Aġġornament Ekonomiku ta’ Novembru

    L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li t-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali niżel ftit taħt il-medja storika stmata minn Jannar 2000.

  • 23 ta' Novembru 2022

    Workshop Annwali tar-Riċerka tal-Bank Ċentrali

    Il-Ġimgħa 18 ta’ Novembru 2022, ir-Research Department tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta organizza Research Workshop ta’ nofstanhar li matulu nieda r-Research Bulletin annwali tal-Bank. Il-Bulletin, issa fil-ħames edizzjoni tiegħu, huwa l-pubblikazzjoni ewlenija tar-riċerka annwali tal-Bank li juri, b’mod konċiż u li jinftiehem aħjar, għażla tar-riċerka u jagħmilha disponibbli għal udjenza usa’.

  • 22 ta' Novembru 2022

    Avviż dwar is-servizz ta’ skambju ta’ Flus Ukreni

    Bi ftehim mal-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser ikun qiegħed itemm is-servizz ta’ skambju tal-karti tal-flus Ukreni (UAH).

  • 11 ta' Novembru 2022

    Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta jindirizza s-seminar annwali tal-IFS

    F’konformità mal-istrateġija tal-Eurosistema, il-Bank Ċentrali ta’ Malta beħsiebu jikkontribwixxi għal emissjonijiet żero netti billi jaġġusta l-qafas tal-politika tiegħu favur emissjonijiet baxxi ta’ CO2, u billi jtejjeb ir-reżiljenza tal-ekonomija għal avvenimenti relatati mal-klima. Għal dan il-għan, l-Eurosistema ser taġġusta l-investimenti tagħha f’bonds korporattivi lejn emittenti bi prestazzjoni klimatika aħjar u ser taqsam l-għarfien espert tagħha biex trawwem l-adozzjoni tal-aħjar prattiki. L-involviment tal-atturi privati ser ikun essenzjali biex tiġi ffinanzjata t-tranżizzjoni għal żero netti sal-2050.