News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022

21/12/2022

Il-Gvernatur Scicluna jilqa’ d-delegazzjoni tal-Awtorità għas-Superviżjoni Finanzjarja tal-Albanija fil-Bank Ċentrali ta’ Malta

Iktar kmieni dan ix-xahar, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, kellu żjara ta’ korteżija minn delegazzjoni mill-Awtorità tas-Superviżjoni Finanzjarja (AFSA) tal-Albanija mmexxija mid-Direttur Eżekuttiv Ġenerali, Ervin Mete. Iż-żjara tad-delegazzjoni hija parti minn sensiela ta’ laqgħat li d-delegazzjoni tal-AFSA qed tagħmel f’Malta fuq stedina tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta. 

Iktar kmieni dan ix-xahar, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, kellu żjara ta’ korteżija minn delegazzjoni mill-Awtorità tas-Superviżjoni Finanzjarja (AFSA) tal-Albanija mmexxija mid-Direttur Eżekuttiv Ġenerali, Ervin Mete

Id-Deputat Gvernatur Mr Alexander Demarco, Mr Jesmond Gatt, Chief Officer – Banking Operations, u Mr Ahmed Hnesh, Uffiċjal mill-Eurosystem & International Relations Division tal-Bank akkumpanjaw lill-Gvernatur. Id-delegazzjoni tal-AFSA kienet tinkludi wkoll lil Ms Adriana Ristani – Chief Operation Officer, Mr Ervin Peci – Konsulent, General Executive Director Cabinet, Mr Aldion Baze – Kap tad-DLT-based Financial Markets Supervision Directorate, Ms Fatbardha Hebovia – Kap tal-Enforcement and AML Directorate u Ms Anxhela Dervishi – Kap tal-Funds Market Supervision Directorate mill-AFSA.

Il-Gvernatur Scicluna jilqa’ d-delegazzjoni tal-Awtorità għas-Superviżjoni Finanzjarja tal-Albanija fil-Bank Ċentrali ta’ Malta

Ritratti: Melvin Bugeja

Lura lejn l-Arkivju