News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022
-
24 ta' Ottubru 2022
Il-Bord tal-Konsulenti tal-Fond tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jagħti tislima lill-ewwel Chairman tagħhom, Fr Marius Zerafa.
-
19 ta' Ottubru 2022
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, ipparteċipa fil-Laqgħat Annwali tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u tal-Grupp tal-Bank Dinji (WBG) għall-2022 li saru f’Washington D.C. bejn l-10 u s-16 ta’ Ottubru 2022. Hu kien akkumpanjat mid-Deputat Gvernatur tal-Bank Alexander Demarco.
-
06 ta' Ottubru 2022
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, ġie mistieden biex jagħmel diskors ewlieni fil-Malta Maritime Summit fis‑6 ta’ Ottubru 2022.
-
29 ta' Settembru 2022
L-ewwel tnedija li qatt saret mill-Bank Ċentrali ta’ Malta relatata mar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja (FSR), bit-titlu ‘Financial Stability Report 2021 – Resilience in Uncertain Times’, saret fid-29 ta’ Settembru 2022 fil-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Belt Valletta.
-
27 ta' Settembru 2022
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju għal Awwissu jindika li t-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali jinsab viċin ħafna tal-medja storika stmata sa minn Jannar 2000.