Prospetti għall-Ekonomija Maltija
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jissorvelja mill‑qrib il‑prospetti għall‑ekonomija Maltija. It‑tbassir għall‑indikaturi makroekonomiċi ewlenin, bħall‑prodott domestiku gross u u l‑komponenti tiegħu, kif ukoll l‑impjiegi u l‑qgħad, l‑inflazzjoni u l‑iżviluppi fil‑finanzi pubbliċi huma ppubblikati erba' darbiet fis‑sena; jiġifieri fi Frar, Ġunju, Awwissu, u f'Diċembru, fuq is-sit elettroniku tal-Bank. It-tbassir ta' Frar huwa inkluż ukoll fir‑Rapport Annwali tal‑Bank (ippubblikat f'Marzu). It‑tbassir ikopri s‑sena kurrenti u t‑tliet snin ta' wara.
Stqarrija għall-istampa: It-Tbassir tal-Bank Ċentrali 2025-2027 (Marzu 2025)
L-Aħħar Tbassir - Marzu 2025
|
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Tkabbir fil-PDG (% sena fuq sena) |
6.0 |
4.0 |
3.6 |
3.3 |
Rata tal-inflazzjoni (% sena fuq sena) |
2.4 |
2.1 |
2.0 |
2.0 |
Rata tal-qgħad (% tal-forza tax-xogħol) |
3.2 |
3.1 |
3.0 |
3.0 |
Bilanċ tal-baġit tal-Gvern Ġenerali (% tal-PDG) |
-3.7 |
-3.4 |
-2.9 |
-2.6 |
Dejn tal-Gvern Ġenerali (% tal-PDG) |
48.9 |
49.6 |
50.1 |
50.1
|
Matul is‑snin, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħa ħsieb li jipproduċi tbassir konsistenti, trasparenti u kredibbli tal‑indikaturi makroekonomiċi, fiskali u tal‑inflazzjoni. Dan it‑tbassir ekonomiku jirrifletti numru ta' suppożizzjonijiet tekniċi pprovduti mill‑Bank Ċentrali Ewropew lill‑banek ċentrali nazzjonali kollha taż‑żona tal‑euro. Dan il‑proċess hu spjegat hawn taħt:
The Forecasting Process at the Central Bank of Malta