Divulgazzjonijiet Finanzjarji Relatati mal-Klima
Mis-sena 2023, il-Bank qiegħed jippubblika Rapport dwar Divulgazzjonijiet Finanzjarji Relatati mal-Klima fuq bażi annwali għall-portafolji tal-politika mhux monetarja f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar Divulgazzjonijiet Finanzjarji Relatati mal-Klima (TCFD). Dan ir-rapport għandu l-għan li juri, b’mod trasparenti, l-esponiment tal-Bank għal riskji relatati mal-klima kif ukoll l-impronta ambjentali tal-portafolji tal-politika mhux monetarja tiegħu. Ir-Rapport jiddeskrivi wkoll l-azzjonijiet meħuda mill-Bank f’dan ir-rigward.