News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
-
20 ta' Settembru 2021
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta dalwaqt ser iniedi munita numiżmatika tal-fidda li tfakkar il-mitt sena mill-kostituzzjoni tal-1921 li tat tmexxija awtonoma lil Malta.
-
13 ta' Settembru 2021
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ffirma ftehim ġdid mal-Fondazzjoni Caritas Malta, biex jestendi l-Programm ta’ Għajnuna għall-Impjegati tiegħu għal perjodu ta’ tliet snin.
-
07 ta' Settembru 2021
Matul il-ħarifa, il-Kummissjoni Ewropea ser tippubblika proposta għal regoli aġġornati dwar l-adegwatezza kapitali għall-banek fi ħdan l-UE. Ittra konġunta issa tħeġġeġ lill-Kummissjoni tal-UE biex tibqa' konformi mal-ftehim ta' Basel III.
-
01 ta' Settembru 2021
In-nefqa fuq il-kura tas-saħħa kienet qed tiżdied fil-biċċa l-kbira tal-ekonomiji tal-UE u l-COVID-19 aċċellera din it-tendenza. Minn perspettiva fuq żmien itwal, kemm minn din in-nefqa jista’ jiġi attribwit lill-progress teknoloġiku jew lill-bidliet fil-prattiki mediċi? Dan is‑suġġett f’waqtu ser jiġi diskuss waqt webinar organizzat mill‑Bank Ċentrali ta’ Malta.
-
23 ta' Awwissu 2021
F’Lulju, l-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju naqas marġinalment meta mqabbel ma’ dak ta’ Ġunju, iżda żdied fuq bażi annwali hekk kif l-ekonomija kompliet tirkupra mil-livelli baxxi ħafna li ġew osservati fl-2020.