News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
-
13 ta' Lulju 2021
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta għadu kif ippubblika t-13-il edizzjoni tiegħu tar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja (ir-Rapport) fejn jevalwa l-iżviluppi tas-settur finanzjarju matul l-2020 – is-sena meta l-pandemija tal-COVID-19 effettivament bdiet fl-Ewropa.
-
09 ta' Lulju 2021
Malta rnexxielha tnaqqas bin-nofs ir-rata ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola mil-livelli tagħha tal-2005, iżda minkejja t-titjib xorta waħda għandha l-ogħla rata fl-UE, skont analiżi li saret mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
-
07 ta' Lulju 2021
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-Bank) qed joħroġ id-Direttiva Nru 19 li ser tidħol fis-seħħ fl-2022 u ser tintroduċi regolamenti dwar l-użu ta’ ċekkijiet u bank drafts. Id-Direttiva nħarġet taħt il-mandat tal-Bank Ċentrali skont l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta, u jorbot lill-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu f’Malta.
-
02 ta' Lulju 2021
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Prof. Edward Scicluna, attenda t‑30 Laqgħa Annwali tal‑Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) li saret fl‑1 ta’ Lulju 2021.
-
28 ta' Ġunju 2021
Il‑Gvernaturi tal‑Banek Ċentrali minn għaxar pajjżi fil‑Mediterran li jiffurmaw id-Djalogu Mediterranju tal‑Punent għandhom jestendu l-irwol tagħhom bl-inklużjoni ta' ministri għall-finanzi fil‑laqgħat intergovernattivi tagħhom fil-futur, qal il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta l-Prof. Edward Scicluna.