News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

13/09/2021

Il-Caritas u l-Bank Ċentrali ta’ Malta jiffirmaw ftehim biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-impjegati

Il-Bank Ċentrali ta' Malta ffirma ftehim ġdid mal-Fondazzjoni Caritas Malta, biex jestendi l-Programm ta' Għajnuna għall-Impjegati tiegħu għal perjodu ta' tliet snin.

Skont dan il-ftehim, il-Caritas toffri lill-impjegati tal-Bank u lill-familji immedjati tagħhom għajnuna fl-oqsma li ġejjin: alkoħoliżmu; abbuż tad-droga; HIV/AIDS; diffikultajiet finanzjarji; drawwiet ta' ħiliet inadegwati għall-ħajja; materji ta' niket; materji ta' saħħa; dipressjoni; materji familjari u matrimonjali; logħob tal-azzard; stress emozzjonali mhux ikkontrollat; kunflitti relatati max-xogħol; u theddid/vjolenza fuq il-post tax-xogħol.

Il-ftehim ġie ffirmat mill-Gvernatur tal-Bank, il-Professur Edward Scicluna, u mid-Direttur tal-Fondazzjoni Caritas Malta Anthony Gatt.

"Il-Bank huwa kburi li jkun ta' sapport għall-kwalità tal-ħajja tal-impjegati tiegħu, fir-rigward ta' dak kollu relatat mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata sabiex jinkoraġġixxi stil ta' ħajja b'saħħtu. Madankollu, bħala impjegatur responsabbli, nifhmu wkoll li l-ħajja tgħaddi minn fażijiet diffiċli u li dan huwa meta jkun l-aktar importanti li tiġi offruta l-assistenza", qal il-Prof. Scicluna.

Mr Gatt irringrazzja lill-Gvernatur u l-Bord tal-Bank Ċentrali ta' Malta għall-appoġġ kontinwu li qed jingħata lill-Caritas fil-missjoni tagħha li tgħin lil persuni fil-bżonn fis-soċjetà, u kif ukoll l-impenn tal-Bank fir-rigward tal-kwalità tal-ħajja tal-impjegati tiegħu permezz tal-Programm ta' Għajnuna għall-Impjegati.

Il-programm - li huwa pprovdut fuq bażi kunfidenzjali - jista' jgħin lill-impjegati tal-Bank li għaddejjin minn problemi personali u li jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-ħajja personali tagħhom, l-attendenza għax-xogħol jew il-prestazzjoni tagħhom; u jgħin ukoll biex jidentifika u jsolvi problemi permezz ta' interventi f'waqthom.

Matul is-sena, il-Caritas flimkien mat-Taqsima tat-Taħriġ u l-Iżvilupp fi ħdan id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani tal-Bank, ser jipprovdu diversi sessjonijiet ta' għarfien lill-impjegati tal-Bank dwar is-servizzi offruti u l-benefiċċji tal-programm.

Il-Caritas twaqqfet f'Malta fl-1968.

Għal aktar tagħrif dwar il‑Bank bħala impjegatur tal‑għażla, aqra aktar hawn.

Il-Caritas u l-Bank Ċentrali ta’ Malta jiffirmaw ftehim biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-impjegati

Il-Caritas u l-Bank Ċentrali ta’ Malta jiffirmaw ftehim biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-impjegati

Mix-Xellug: Anthony Gatt, Direttur Fondazzjoni Caritas Malta, Anġlu Fenech, Administrative Secretary, il-Gvernatur Edward Scicluna, id-Deputat Gvernatur Oliver Bonello u d-Deputat Gvernatur Alexander Demarco

Lura lejn l-Arkivju