News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

  • 18 ta' Ottubru 2021

    Ftehim Kollettiv ġdid fil-Bank Ċentrali ta’ Malta għall-Impjegati fil-Gradi mhux Klerikali

    Il‑Bank Ċentrali ta' Malta u t-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal-General Workers' Union, iffirmaw Ftehim Kollettiv ġdid fit-18 ta' Ottubru li jkopri l‑gradi mhux klerikali għas-snin 2020‑2023.

  • 18 ta' Ottubru 2021

    Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jemenda d-Direttiva Nru 6

    Il‑Bank Ċentrali ta' Malta llum ippubblika verżjoni aġġornata tad‑Direttiva tiegħu Nru 6 dwar il‑Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operat tal‑Kontijiet tal-Modulu tal-Pagamenti, T2S Dedicated Cash Accounts fit‑TARGET2‑Malta (Direttiva Nru 6), li timplimenta l-emendi introdotti mil-Linja Gwida BĊE/2021/30 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer (TARGET2).

  • 15 ta' Ottubru 2021

    Governor’s Scicluna full interview for Forbes Magazine Special Report on Malta

    Forbes Middle East interviewed Central Bank of Malta's Governor Edward Scicluna to discuss Malta's exceptional economic growth. Professor Scicluna stated that although Malta went through partial lockdowns, "The pandemic found the financial service industry well prepared for any eventuality which stressed the system". He also further emphasised that the Central Bank of Malta has been at the forefront in pushing government loans for businesses. He also discussed green finance initiatives and the benefits Malta could offer to the Middle East.

  • 15 ta' Ottubru 2021

    Il-Gvernatur Scicluna jipparteċipa fil-Laqgħat Annwali tal-FMI u tal-Bank Dinji

    Il‑Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il‑Professur Edward Scicluna, ipparteċipa fil‑Laqgħat Annwali tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u tal‑Grupp tal‑Bank Dinji (WBG), li qed isiru f'Washington D.C. f'format ibridu bejn it-12 u s-17 ta' Ottubru 2021. Iż-żewġ fora jlaqqgħu flimkien lil dawk li jfasslu l-politika, esperti ewlenin fil-qasam kif ukoll firxa ta' NGOs sabiex jiddiskutu kwistjonijiet ta' tħassib globali. Il-laqgħat ta' din is-sena ffukaw l-aktar dwar il-pandemija tal-COVID-19, it-tibdil fil-klima u l-bini ta' ekonomija globali aktar reżiljenti u sostenibbli.

  • 11 ta' Ottubru 2021

    Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali jindirizza l-Laqgħa tal-Commonwealth 2021

    Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, indirizza l-Laqgħa tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali fi ħdan il-Commonweath li saret b'mod virtwali, it-Tnejn 11 t'Ottubru 2021. Din il-laqgħa, organizzata flimkien mal-Laqgħa tal-Ministri għall-Finanzi fi ħdan l-istess Commonwealth, iġġib flimkien l-aktar persuni importanti fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi mill-54 stat membru tal-organizzazzjoni.