News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
-
05 ta' Novembru 2021
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna indirizza s‑sessjoni tal‑ftuħ ta' għadd ta’ workshops bħala parti mill‑fażi tal‑implimentazzjoni ta’ Sistema ġdida ta’ Amministrazzjoni tal-Assi Finanzjarji.
-
01 ta' Novembru 2021
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed joħroġ id-Direttiva Nru 19 li ser tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2022 li tintroduċi regolamenti dwar l-użu ta’ ċekkijiet bankarji.
-
25 ta' Ottubru 2021
Fit-tielet kwart tal-2021, il-kundizzjonijiet tan-negozju komplew jitjiebu – 65% tan-negozji li kienu kkuntattjati rrappurtaw żieda fl-attività u 16% rrappurtaw tnaqqis. Għalhekk, persentaġġ nett ta’ 49% ta’ dawk li wieġbu rrappurtaw żieda fl-attività matul it-tliet xhur ta’ qabel l-intervista, żieda minn 28% fit-tieni kwart tas-sena.
-
20 ta' Ottubru 2021
F’Settembru, l-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju baqa’ pożittiv, hekk kif bosta indikaturi makroekonomiċi komplew jirkupraw mil-livelli baxxi ħafna li ġew osservati fl-2020. Madankollu, il-livell ta’ attività ekonomika aggregata baqa' taħt dak osservat qabel il-pandemija.
-
19 ta' Ottubru 2021
Impjegati tal-Bank Ċentrali ta' Malta ppreżentaw donazzjoni ta' €500 lill-Fondazzjoni Sebħ. Is-somma nġabret mill-impjegati waqt avveniment ta' ġbir ta' fondi li ttella' mill-Klabb Soċjali tal-Impjegati tal-Bank.