News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
-
17 ta' Awwissu 2021
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-Bank) jistenna li l-prodott domestiku gross (PDG) ta’ Malta ser jikber b’5.1% fl-2021, b’5.9% fl-2022, u b’4.7% fl-2023.
-
13 ta' Awwissu 2021
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, kellu żjara ta’ korteżija mill-E.T. Yassine El Oued, Ambaxxatur Tuneżin għal Malta, il-Ħamis 12 ta’ Awwissu 2021.
-
11 ta' Awwissu 2021
Is-sit elettroniku tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ngħata punteġġ għoli għall-aċċessibbiltà mill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni (MCA), l-entità responsabbli biex tiżgura li r-regolamenti rilevanti tal-UE jiġu segwiti mill-korpi tas-settur pubbliku.
-
30 ta' Lulju 2021
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika t-tielet ħarġa tar-Rivista ta’ kull tliet xhur għas-sena 2021, li tanalizza l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f’Malta u barra minn Malta matul l-ewwel kwart tal-2021.
-
29 ta' Lulju 2021
F’Awwissu, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ munita kommemorattiva taż-€2 bit-tema tal-‘Eroj tal-Pandemija’.