News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
-
11 ta' Ottubru 2021
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, tkellem f’intervista ma’ David Barwich, ġurnalist minn Econostream Media, dar tal-media li tispeċjalizza fil-Politika Monetarja. Din kienet l-ewwel intervista li ngħatat lil media mhux Maltija u permezz tagħha, il-Gvernatur kellu l-opportunità biex jesprimi l-ħsibijiet tiegħu dwar is-sitwazzjoni ekonomika attwali u d-deċiżjonijet li waslu biex jittieħdu mill-Bank Ċentrali Ewropew.
-
28 ta' Settembru 2021
F’Awwissu, l-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju baqa’ pożittiv, hekk kif indikaturi makroekonomiċi komplew jirkupraw mil-livelli baxxi ħafna li ġew osservati fl-2020. Madankollu, il-livell ta’ attività ekonomika aggregata baqa’ taħt il-livelli osservati qabel il-pandemija,
-
27 ta' Settembru 2021
Ġie ffirmat Memorandum ta’ Ftehim (MoU) bejn il-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-Bank) u l-Borża ta’ Malta (MSE) fir-rigward tas-Sistemi ta’ Saldu ta’ Titoli (SSSs).
-
24 ta' Settembru 2021
Illum wara nofsinhar, il-Parlament laqa’ fih taħdita fost numru ta’ akkademiċi u l-Ispeaker tal-Kamra, l-Onor. Anġlu Farrugia, dwar is-sehem li kellu u li jista’ jkollu l-Parlament sabiex il-komunitajiet tagħna jkunu l-post li fih dawn ikunu jistgħu jisseddqu. Din l-attività kienet organizzata mill-Uffiċċju tal-Ispeaker fil-qafas taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Parlament Malti li jfakkru l-100 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Parlament Malti kif nafuh illum.
-
24 ta' Settembru 2021
Studju dwar iż-żieda fl-ispejjeż tal-kura tas-saħħa sab li l-probabbiltà ta' għejxien għall-pazjenti żdiedet b’2.5 punti perċentwali għal dawk li qed jiġu studjati, b’rata ta’ għejxien aħjar għal xi tip ta’ mard bħall-attakki tal-qalb u l-puplesiji, u saħansitra ogħla għal oħrajn bħall-kanċer.