News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
-
02 ta' Awwissu 2023
L‑ekonomija Maltija kibret b'ritmu inqas mgħaġġel meta mqabbla mal-kwart ta' qabel. Meta wieħed jeskludi l-importazzjoni, il-kummerċ barrani kien l-istimolu ewlieni għat-tkabbir, hekk kif il-kontribut tad-domanda domestika, għalkemm pożittiv, kien baxx. L‑istima tal‑Bank tad‑differenza bejn il-produzzjoni reali u dik potenzjali baqgħet pożittiva, iżda naqset. Dan jindika li filwaqt li kien hemm użu żejjed tal‑kapaċità produttiva tal‑ekonomija, dan batta xi ftit.
-
01 ta' Awwissu 2023
Fil-31 ta’ Lulju 2023, waqt Konferenza Stampa, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u l-Bank Ċentrali ta’ Malta ħabbru li Malta ssodisfat ir-rekwiżiti għall-aderenza mal-Istandard Speċjali tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) għall-Pubblikazzjoni tad-Data (SDDS) Plus.
-
28 ta' Lulju 2023
L‑Indiċi tal‑Bank dwar il‑Kundizzjonijiet tan‑Negozju jindika li f’Ġunju, it‑tkabbir annwali fl‑attività kummerċjali żdied bi ftit meta mqabbel max‑xahar ta’ qabel u għalhekk baqa’ ogħla mill-medja storika hekk kif stmata minn Jannar 2000.
-
27 ta' Lulju 2023
L‑aħħar djalogu li sar bejn il‑Bank Ċentrali ta’ Malta u għadd ta’ kumpaniji mhux finanzjarji juri li fit-tieni kwart tal‑2023, il-proporzjon nett tan-negozji li rrappurtaw kundizzjonijiet aħjar tan-negozju naqas meta mqabbel mal-kwart ta’ qabel. Dan kien fil-livell ta’ 34%, li hu inqas minn 41% fl-ewwel kwart tas-sena.
-
25 ta' Lulju 2023
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta għadu kif ippubblika l‑ħmistax‑il edizzjoni tar‑Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja fejn jipprovdi evalwazzjoni dettaljata tal‑iżviluppi lokali u internazzjonali li jistgħu jħallu impatt fuq l‑istabbiltà tas‑sistema finanzjarja Maltija. Din l-analiżi, li tkopri l-iżviluppi li seħħew fl-2022, tinkludi wkoll testijiet magħrufa bħala top-down stress tests u analiżi tas-sensittività għal xenarji varji, sabiex tiġi ddeterminata r-reżiljenza tas-sistema bankarja.