News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
-
06 ta' Ġunju 2023
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta nieda wirja ta’ arti sostenibbli ta’ Joseph Barbara sabiex ifakkar il-memorja ta’ Fr Marius Zerafa wara mewtu f’Ottubru 2022.
-
30 ta' Mejju 2023
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li f’April it-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali kompla jaqbeż il-medja hekk kif stmata sa minn Jannar 2000.
-
22 ta' Mejju 2023
Fit-32 Laqgħa Annwali tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) ta’ din is-sena, li saret bejn is-sittax u t-tmintax ta’ Mejju 2023 f’Samarkand, l-Użbekistan, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u Gvernatur tal-BERŻ kien rappreżentat minn Mr Matthew Zammit u Mr Ahmed Hnesh mill-Eurosystem and International Relations Office tal-Bank.
-
12 ta' Mejju 2023
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika t-tieni ħarġa tar-Rivista tiegħu ta’ kull tliet xhur għas-sena 2023. Din l-edizzjoni tanalizza fid-dettall l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f’Malta u lil hinn minnha matul ir-raba’ kwart tal-2022.
-
28 ta' April 2023
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, ħa sehem fil-laqgħat informali tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) fi Stokkolma, l-Iżvezja fit-28 ta' April 2023.