News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
-
16 ta' Settembru 2023
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, ipparteċipa fil-laqgħa informali tal-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji (ECOFIN) li saret f’ Santiago de Compostela, Spanja fil-15 u s-16 ta’ Settembru 2023.
-
29 ta' Awwissu 2023
L-Indiċi tal-Kundizzjonijiet tan-Negozju tal-Bank jindika li f'Lulju, it-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali baqa' b'mod ġenerali fl-istess livell meta mqabbel max-xahar ta' qabel, u jibqa' ogħla mill-medja storika.
-
24 ta' Awwissu 2023
Skont l‑aħħar tbassir tal‑Bank, il‑prodott domestiku gross (PDG) ta’ Malta mistenni li jikber bi 3.7% din is‑sena, rata inqas minn dik ta’ ftit aktar minn 7% fl‑2022. Dan mistenni jinżel bi ftit, għal 3.6%, sal‑2025. Dan huwa reviżjoni ’l isfel meta mqabbel mat-tbassir preċedenti.
-
09 ta' Awwissu 2023
Fl 2021, il Bank Ċentrali ta’ Malta daħal fi ftehim ta’ kooperazzjoni ta’ sentejn mal Università ta’ Macerata bil għan li jiżviluppa mudell ta’ Ekwilibriju Ġenerali Komputabbli (CGE) għal Malta. Dan il-ftehim ta’ kooperazzjoni dan l-aħħar wasal fi tmiemu bit-tlestija b’suċċess tal-ewwel mudell CGE għal Malta, bl-isem ta’ MaCGE-MOD.
-
08 ta' Awwissu 2023
Fit-2 ta’ Awwissu 2023, l-Unità tal-Liċenzjar tal-Kummerċ tad-Dipartiment tal-Kummerċ, f’konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-’Bank’), tat lil Malta Credit Bureau Limited (C 99566) liċenzja ta’ ħames snin li tiġġedded biex topera bħala aġenzija ta’ referenza tal-kreditu (CRA).