News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
-
10 ta' Ottubru 2023
Fis‑6 ta' Ottubru 2023, il‑Bank Ċentrali ta' Malta (il‑Bank), f'kollaborazzjoni mal‑Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) organizza seminar nazzjonali dwar TARGET Instant Payment Settlement (TIPS) u l-pagamenti instantanji bit-titlu "TIPS and the Future of Instant Payments". Għas-seminar attendew l-istituzzjonijiet lokali tal-kreditu u finanzjarji. TIPS huwa servizz tal-infrastruttura tas-suq imniedi mill-Eurosistema fl-2018.
-
02 ta' Ottubru 2023
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, ipparteċipa fit‑Tmien Laqgħa Annwali tal‑Bank Asjatiku għall‑Investiment fl‑Infrastruttura (AIIB) f’Sharm EL Sheikh, l‑Eġittu, fil‑25 u s‑26 ta' Settembru 2023.
-
29 ta' Settembru 2023
L-Indiċi tal-Kundizzjonijiet tan-Negozju tal-Bank jindika li f’Awwissu, it-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali kien b’mod ġenerali konformi mal-medja storika.
-
20 ta' Settembru 2023
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta l-Professur Edward Scicluna ilbieraħ ippreżenta munita kommemorattiva lis-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, l-Onor. Rebecca Buttigieg.
-
18 ta' Settembru 2023
Illum, il-Bank Ċentrali ta' Malta organizza s-seminar annwali li jitratta r-Rapport ta' Stabbilità Finanzjarja (FSR) bit-tema 'L-istabbilità f'xenarju finanzjarju li qed jinbidel.'