News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
-
21 ta' Lulju 2023
Din is-sena, ħames impjegati qed jiċċelebraw il-ħamsa għoxrin sena ta’ servizz tagħhom fil-Bank. L-impjegati huma Ms Elaine Aquilina, Mr Adrian Attard, Ms Kathleen Cutajar, Ms Julie Saliba u Mr Antoine Scicluna.
-
19 ta' Lulju 2023
Fit‑18 ta’ Lulju 2023, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ munita numiżmatika li tfakkar l‑Għaqda Każini tal‑Banda (GħKB) li din is‑sena qed tiċċelebra l‑ħamsa u sebgħin anniversarju tagħha.
-
28 ta' Ġunju 2023
L-Indiċi tal-Kundizzjonijiet tan-Negozju tal-Bank jindika li f’Mejju, it-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali baqa’ fl-istess livell bħal tax-xahar ta’ qabel, u kien ogħla mill-medja kif stmata minn Jannar 2000.
-
20 ta' Ġunju 2023
Is-sit elettroniku tal-Bank Ċentrali ta’ Malta kien fil-mira ta’ attakk ċibernetiku (DDoS), li temporanjament xekkel l-aċċessibbiltà għas-sit elettroniku matul din il-ġimgħa.
-
16 ta' Ġunju 2023
Skont l‑aħħar tbassir tal‑Bank, it‑tkabbir tal‑prodott domestiku gross (PDG) ta’ Malta mistenni li jonqos minn madwar 7.0% fl‑2022 għal 4.0% fl‑2023, u li jbatti ftit aktar għal 3.8% u 3.7% fl‑2024 u fl‑2025, rispettivament.