News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023

24/03/2023 14:20:00

Il-Gvernatur Scicluna jindirizza l-Konferenza ‘Women and Finance’

Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, indirizza l‑udjenza preżenti għall‑Konferenza ‘Women and Finance’ organizzata mill‑Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin (MBA) flimkien mal‑Kunsill Nazzjonali għan-Nisa (NCW), Malta. Il‑konferenza saret fil‑Bank Ċentrali ta' Malta fl‑24 ta' Marzu 2023 f’Binja Laparelli.

Din il-konferenza ffukat dwar it-trawwim ta’ apprezzament aħjar tal-benefiċċji tal-litteriżmu finanzjarju fost l-udjenza tagħha. Għadd ta’ kelliema mis-settur bankarju Malti pparteċipaw fil-konferenza. Parti mill-konferenza kienet iddedikata wkoll għall-intraprenditorjat u l-esperjenza tan-nisa fin-negozju.

Ms Rita Sammut Buontempo, Assistenta tas-Segretarju Ġenerali tal-MBA, tat bidu għal din il-konferenza. Indirizzi introduttorji ta' merħba ngħataw minn Mr Karol Gabarretta, Segretarju Ġenerali tal-MBA, u minn Ms Doreen Borg Zammit, President tal-NCW li għamlet diskors introduttorju ta' merħba. Id-diskors tal-għeluq sar minn Mr Marcel Cassar, il-President tal-MBA.

Fl‑indirizz tiegħu, il‑Gvernatur Scicluna enfasizza li “aħna ninsabu hawn mhux biex infaħħru s‑suċċess tan-nisa. L-għan hu n-normalizzazzjoni għall-popolazzjoni kollha li d-deċiżjonijiet mhux biss fil-familja iżda fl-istituzzjonijiet governattivi u l-korporazzjonijiet privati kollha jittieħdu miż-żewġ sessi. Dan huwa l-għan prinċipali, xejn iktar u xejn inqas.”

Il-Gvernatur Scicluna jindirizza l-Konferenza ‘Women and Finance’

Ritratt tal-Grupp

Lura lejn l-Arkivju